You are here

flag

Pubblikat: 22/04/2013 12:34

Xogħol f'pajjiż Ewropew ieħor

Kemm jekk għadek kif iggradwajt u kemm jekk diġà għandek esperjenza ta' xogħol f'pajjiżek, tista' tagħmel karriera kull fejn trid fl-Ewropa – jekk int lest li tipprova pajjiż ġdid.

A picture

© shutterstock.com - Yuri Arcurs.jpg

Minbarra l-benefiċċji professjonali, xogħol barra minn pajjiżek jista' jagħtik ħiliet personali u għarfien kulturali ġodda, minbarra l-possibbiltà li titgħallem lingwa ġdida.

 

Fejn nista' naħdem?

Bħala ċittadin tal-UE, int għandek id-dritt li taħdem – mingħajr il-ħtieġa għall-permess tax-xogħol – fi kwalunkwe pajjiż tal-UE, l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Isvizzera.

Madankollu, dejjem ikun hemm ċerti kundizzjonijiet li tajjeb tkun taf bihom meta tmur taħdem u tgħix f'pajjiż ieħor.

U jekk int ċittadin tal-Kroazja, tal-Bulgarija jew ir-Rumanija, l-iktar membri ġodda tal-UE, x'aktarx li tkun suġġett għal ċerti regoli tranżitorji.

 

6 passi biex taħdem fl-Ewropa

EURES, il-portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol, għandu xi suġġerimenti utli dwar l-iktar 6 passi importanti fil-proċess li ssib xogħol barra minn pajjiżek – mit-tiftix ta' postijiet vakanti sa kif tissetilja fil-pajjiż ġdid tiegħek.

 

Opportunitajiet ta' riċerka

Jekk int aktar interessat li tagħmel riċerka akkademika barra minn pajjiżek, tista' ssir taf aktar dwar EURAXESS – Riċerkaturi attivi.

 

Id-differenzi bejn il-pajjiżi

Meta tapplika, kun ċert li tikkunsidra d-differenzi nazzjonali bejn il-pajjiżi, pereżempju fir-rigward tal-prattiki tar-reklutaġġ. Li tfittex xogħol f’pajjiż ieħor jinvolvi aktar minn sempliċement tittraduċi s-CV tiegħek.