Innutajna li qed tuża verżjoni antika tal-Microsoft Internet Explorer. Dan is-sit web huwa ottimizzat għal Internet Explorer verżjoni 9 jew aktar reċenti, għaldaqstant nitolbuk tikkunsidra li taġġorna l-brawżer tiegħek sabiex tkun tista' tgawdi l-aspetti kollha ta' dan is-sit. Żur is-sit ta' Microsoft http://www.microsoft.com biex tniżżel verżjoni aktar reċenti ta' Internet Explorer.

Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.


flag

Dinja favur l-Ambjent

A picture
© shutterstock.com - monticello

Xiri ekoloġiku - l-għażliet tiegħek bħala konsumatur huma importanti

Is-sopravivenza tagħna tiddependi fuq ir-riżorsi naturali tad-Dinja, iżda jekk inkomplu nużwhom kif qed nagħmlu jistgħu jispiċċaw iktar kmieni milli naħsbu. Jeħtieġ li nistembħu u nsiru nafu aktar.

Bżonn għal bidla

Il-konsum eċċessiv tagħna qed jixrob ir-riżorsi tad-Dinja u jipperikola l-benessri tal-ġenerazzjonijiet futuri. Jekk inkomplu sejrin hekk, sal-2050 se jkollna bżonn ta' pjaneta oħra ta' riżorsi biex nissodisfaw id-domanda!

Iżda nistgħu ndawru din is-sitwazzjoni billi nbiddlu l-istil tal-ħajja tagħna u nadottaw drawwiet ta' konsum ekoloġiku.

 

Nagħmlu iktar b’inqas

Wasal iż-żmien li naħsbu fir-rutina ta' kuljum u nbiddluha xi ftit, nistaqsu iktar mistoqsijiet dwar minn fejn jiġu l-prodotti u kif ġew manifatturati, nevitaw il-ħela, nagħmlu għażliet iktar sostenibbli, naqraw it-tabelli iktar bir-reqqa, nerġgħu nużaw u nirriċiklaw dak li nistgħu, u nagħtu spazju lin-natura.

 

Generation Awake: qatra qatra timtela' l-ġarra

Generation Awake hi għal dawk li jixtiequ jgħixu ħajja mimlija mingħajr ma jeqirdu n-natura. Ikseb parir dwar tibdiliet żgħar u intelliġenti li tista' tagħhmel fir-rutina tiegħek ta' kuljum, u tgħallem kif l-għażliet tiegħek jagħmlu differenza għall-ġid personali tiegħek u għall-pjaneta. Li tagħmel parti minn Generation Awake ifisser li tkun iktar attent.

 

Fl-Ewropa biss, nużaw 16-il tunnellata ta' materjal għal kull persuna fis-sena – minn dawn, 6 tunnellati għal kull persuna jisru skart, u nofs dan biss qed jitqiegħed go miżblet. Generation Awake tgħidilna wkoll li kull persuna tarmi 180 kilo ta' ikel li jkun għadu jista' jittiekel.

 

L-Ekotikketta tal-UE

L-Ekotikketta tal-UE tinsab fuq il-prodotti u s-servizzi li jħallu impatt ambjentali baxx. Fittex il-lowgo fil-ħwienet, fuq l-ixkafef tas-supermarkits, fis-siti tal-ikkampjar u meta tibbukkja post fejn toqgħod. Uża l-katalgu-e biex tiċċekkja l-eluf ta' prodotti li għandhom l-ekotikketta tal-UE f'kull pajjiż.