Innutajna li qed tuża verżjoni antika tal-Microsoft Internet Explorer. Dan is-sit web huwa ottimizzat għal Internet Explorer verżjoni 9 jew aktar reċenti, għaldaqstant nitolbuk tikkunsidra li taġġorna l-brawżer tiegħek sabiex tkun tista' tgawdi l-aspetti kollha ta' dan is-sit. Żur is-sit ta' Microsoft http://www.microsoft.com biex tniżżel verżjoni aktar reċenti ta' Internet Explorer.

Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.


flag

Il-komunità tiegħek

A picture
© iStockphoto.com - skynesher

X'inhi l-inklużjoni soċjali?

Soċjetà inklużiva hija bbażata fuq ir-rispett reċiproku u s-solidarjetà, b'opportunitajiet indaqs u livelli tal-għajxien deċenti għal kulħadd - fejn id-diversità hija meqjusa bħala xi ħaġa li tgħaqqad u mhux li taqsam lin-nies. Viżjoni Ewropea jew realtà?

L-inklużjoni soċjali tfisser li nħossu li nagħmlu parti minn komunità, marbuta flimkien permezz ta’ identità u valuri komuni.

 

Il-faqar hu waħda mir-raġunijiet ewlenin għalfejn in-nies jistgħu jħossuhom esklużi. Meta ma jkollokx aċċess għas-servizzi tas-saħħa u soċjali jew għal opportunitajiet ta’ xogħol, dan jista’ jwassal għall-esklużjoni soċjali.

Tista’ tħoss li ma tappartjenix għal komunità għalkemm tkun edukat jew ma jkollokx problemi finanzjarji. L-esklużjoni soċjali ma taffettwax biss lil dawk li huma fil-bżonn. Madwar 1 minn 3 min-nies fl-Ewropa u fir-reġjun tal-Asja Ċentrali jinsabu esklużi soċjalment.

 

Iż-żgħażagħ u l-inklużjoni soċjali

Iż-żgħażagħ huma fost l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà, speċjalment f’perjodu ta’ kriżi ekonomika serja. 1 minn kull 5 itfal (sa 17-il sena) jgħixu f’familji li jinsabu fir-riskju tal-faqar, u aktar minn terz tal-adulti ż-żgħar (bejn 18 u 24 sena) fl-UE bħalissa jinsabu bla xogħol – mhux qed isegwu edukazzjoni, bla impjieg jew bla taħriġ.

Il-post fejn tgħix għandu rwol ukoll. In-nies f’żoni rurali huma kważi erba’ darbiet aktar milquta mill-esklużjoni soċjali minn dawk fi bliet akbar.

 

Int x'tista' tagħmel?

L-istrateġija tal-UE dwar iż-żgħażagħ u l-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni jittrattaw l-inklużjoni soċjali - u jipprovdu ħafna opportunitajiet għaż-żgħażagħ biex jitgħallmu u jipparteċipaw madwar l-UE.

Int tista’ tinvolvi ruħek ukoll fid-Djalogu Strutturat tal-UE. Ara x'kellhom xi jgħidu żgħażagħ oħra fil-Konferenza taż-Żgħażagħ tal-2012 f’Ċipru.