You are here

flag

Pubblikat: 06/05/2013 17:05

Websajts għaż-żgħażagħ barra l-Ewropa

Wessa' l-orizzonti tiegħek lil hinn mill-Ewropa! Dawn il-websajts għaż-żgħażagħ huma mod tajjeb kif tibda.

A picture

© fotolia.com - goodluz

Australian Youth Portal – il-websajt tal-Gvern Awstraljan ikopri s-saħħa, l-edukazzjoni u x-xogħol, il-kultura, l-ambjent, il-finanzi u ħafna aktar.

 

Ibero-American Youth Organisation (bl-Ispanjol u l-Portugiż biss) – hi organizzazzjoni internazzjonali li tgħaqqad flimkien l-aġenziji taż-żgħażagħ fl-Amerika Latina, Spanja u l-Portugall. Tiffoka fuq l-inklużjoni, l-integrazzjoni u l-kooperazzjoni taż-żgħażagħ, b'aħbarijiet, avvenimenti, links għal filmati u links għal organizzazzjonijiet nazzjonali

 

South African Youth Portal – immexxi mill-Aġenzija Nazzjonali għall-Iżvilupp taż-Żgħażagħ dan il-portal jiffoka fuq kwistjonijiet tal-iżvilupp u taż-żgħażagħ Sir af dwar il-ħajja tax-xogħol u kif tista' ssib taħdem, dwar il-boroż ta' studju, is-saħħa, kif tiftaħ negozju u kif titgħallem ħiliet ġodda.

 

Youth Canada – informazzjoni prattika dwar ix-xogħol, il-karrieri, l-ivvjaġġar, l-edukazzjoni, il-flus, is-saħħa, is-servizzi offruti liż-żgħażagħ u ħafna aktar.

 

Youth Portal for Latin America & the Caribbean – maħsub għan-netwerks taż-żgħażagħ, l-organizzazzjonijiet u l-gruppi, dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ fl-Amerika Latina u l-Karibew. Fih issib forum, newsletter, librerija u informazzjoni dwar iċ-ċittadinanza, il-kultura, l-edukazzjoni, l-ambjent, id-divertiment, ix-xogħol, is-saħħa, l-istil tal-ħajja u l-volontarjat.