Innutajna li qed tuża verżjoni antika tal-Microsoft Internet Explorer. Dan is-sit web huwa ottimizzat għal Internet Explorer verżjoni 9 jew aktar reċenti, għaldaqstant nitolbuk tikkunsidra li taġġorna l-brawżer tiegħek sabiex tkun tista' tgawdi l-aspetti kollha ta' dan is-sit. Żur is-sit ta' Microsoft http://www.microsoft.com biex tniżżel verżjoni aktar reċenti ta' Internet Explorer.

Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.


flag

Xjenza u innovazzjoni

A picture
© fotolia.com - luchshen

Vulcanus: tgħallem it-teknoloġija Ġappuniża b'mod dirett

Interssat f’inserzjoni industrijali fl-art ta’ tlugħ ix-xemx? Skopri jekk intix eliġibbli għall-programm Vulcanus fil-Ġappun!

Maħluq miċ-Ċentru għall-Kooperazzjoni Industrijali UE-Ġappun fl-1997, il-programm Vulcanus fil-Ġappun joffri inserzjonijiet industrijali għall-istudenti tal-UE li jikkonsistu f’seminar ta’ ġimgħa, kors intensiv tal-lingwa Ġappuniża matul erba’ xhur segwit b’apprendistat ta’ tmien xhur f’kumpanija Ġappuniża.

 

Tista' tapplika?

Biex tkun eliġibbli jeħtieġlek tkun ċittadin/a minn pajjiż tal-UE u tkun tal-anqas fit-tielet sena ta’ diploma fl-inġinerija jew fix-xjenza f’università tal-UE. Dan jista’ jkun fil-qasam tax-xjenza tal-kompjuter, l-inġinerija tax-xjenza, l-inġinerija mekkanika, il-kimika, l-elettronika, il-bijoteknoloġija, l-inġinerija elettrika, il-fiżika, it-telekomunikazzjoni, l-informazzjoni, l-inġinerija nukleari, l-inġinerija ċivili, il-materjali tal-metall, iċ-ċeramika, is-sistemi tal-produzzjoni, eċċ.

Il-programm jibda f’Settembru u jispiċċa f’Awwissu tas-sena ta’ wara u l-għan tiegħu hu li jtejjeb u jistimula l-kooperazzjoni industrijali u li jkun hemm komprensjoni reċiproka aħjar bejn il-Ġappun u l-UE. Żomm f’moħħok li jekk tkun obbligat li tieħu inserzjoni ta’ sena, Vulcanus jista’ jiġi rikonoxxut bħala part mill-kors tiegħek jew bħala sena sabbatika.

 

Kif tapplika?

Jeħtieġlek biss li tibgħat l-applikazzjoni u tistenna biex tingħażel! Se tkun ivvalutat/a abbażi tar-rekord akkademiku, ir-rakkomandazzjonijiet mill-għalliema, l-għarfien tal-Ingliż, il-motivazzjoni tiegħek, l-attitudni li tħaddan dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ġappun u l-abbiltà li tadatta għal kultura differenti.

 

Finanzjament

Jekk inti preokkupat/a dwar kif se tkun tista' taffordja dan kollu, hemm għajnuna li tista' tingħata. Il-programm hu ffinanzjat miċ-Ċentru UE-Ġappun għall-Kooperazzjoni Industrijali u mill-kumpaniji ospitanti Ġappuniżi. Tingħata għotja ta’ 2,000,000  yen biex tkopri l-ispejjeż tal-ivvjaġġar. Il-kors tal-lingwa u s-seminar huma bla ħlas, u tingħata akkommodazzjoni matul il-perjodu kollu.