Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

A picture
© shutterstock.com - Samuel Borges Photography

Volontiera tan-NU tirrakkonta l-istorja tagħha

Marie Dibangue (mill-Kamerun) ħadmet bħala Volontiera tan-NU bħala Uffiċjal għat-Tnaqqis tal-Vjolenza Komunitarja fĦaiti. Marie kienet Uffiċjal tal-Programm fl-Unità tal-Proġetti tat-Taqsima dwar it-Tnaqqis tal-Vjolenza Komunitarja tal-MINUSTAH.

Ilni naħdem fit-Taqsima dwar it-Tnaqqis tal-Vjolenza Komunitarja (CVR) tal-MINUSTAH minn Mejju 2012, bħala Uffiċjal tal-Programm fl-Unità tal-Proġetti. Sehemi hu li nidentifika, nagħżel u niżviluppa proġetti potenzjali mmirati lejn it-tnaqqis tal-vjolenza fil-komunitajiet.

Waħda mill-aktar affarijiet eċċitanti bħala Volontiera tan-NU hi li nista' naħdem fuq bosta attivitajiet, li għandhom l-għan jgħinu lin-nies ta' Ħaiti f'ħafna modi. Bil-punt fokali ta' għaxar avvenimenti differenti tas-CVR biex ifakkar il-Jum Internazzjonali tal-Paċi fil-21 ta' Settembru, kelli din l-opportunità.

 

Il-Jum Internazzjonali tal-Paċi 2012

Sa minn xahrejn qabel, ir-rwol tiegħi li wassal sal-Jum kien li nikkoordina mhux biss ma' taqsimiet oħra tal-MINUSTAH kontinġenti militari, iżda wkoll ma' dawk l-imsieħba mill-Ħaiti li kellhom itellgħu avvenimenti dakinhar . Prijorità minnhom kienet li naħdmu ma' organizzazzjonijiet komunitarji lokali biex flimkien niżviluppaw attivitajiet li suppost iħeġġu d-djalogu fil-Komunità rigward il-modi biex inħeġġu l-paċi. Barra minn hekk, ikkollaborajna mill-qrib mal-Istat Ħaitjan fuq il-koordinazzjonita' attivitajiet. Attendejt ħafna laqgħat mal-Ministeru għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Azzjoni Ċivika biex jinkorporaw liż-żgħażagħ kemm jista' jkun fil-Jum, u mal-Federazzjoni tal-Futbol ta' Ħaiti biex nippjanaw logħba futbol bejn kontinġenti tal-MINUSTAH, il-Pulizija Nazzjonali ta' Ħaiti u żewġ timijiet lokali komunitarji.

Wara ammont kbir ta' ppjanar ma' kull imsieħeb, kont kuntenta bis-suċċess tal-Jum Internazzjonali tal-Paċi . Waħda mill-iktar attivitajiet popolari kienet il-finali tal-kampjonat li dam ġimgħa bit-titolu, "Logħob għall-Paċi u s-Sigurtà” bejn timijiet tal-futbol u tal-Baskitbol ta 'żgħażagħ minn distretti differenti f'Cité Soleil, waħda mill-aktar żoni fraġli f'Port-au-Prince. Fl-istess żona, fil-21 ta' Settembru, il-benefiċjarji minn proġett tat-taħriġ vokazzjonali CVR ingħaqad ma' tfal lokali biex iħawlu s-siġar.

Madwar il-belt, imsieħba oħra kkollaboraw ma’ CVR biex ospitaw forums tal-komunità u dibattiti u workshops biex jistimulaw diskussjoni dwar il-vjolenza fil-Komunità u kif se jaħdmu flimkien lejn il-paċi. Bosta sessjonijiet kellhom elementi kulturali biex jippromwovu l-paċi permezz ta' mużika, żfin, teatru u wirjiet tal-pitturi, inkluż jum taċ-ċelebrazzjonijiet fit-22 ta' Settembru f'Champ de Mars, waħda mill-pjazez pubbliċi ewlenin fil-kapitali.

Fid-Dipartiment tat-Tramuntana ta' Ħaiti, is-CVR ikkoordinat ukoll ma' grupp lokali ta' nisa biex jorganizzaw mixja għall-paċi u dibattitu pubbliku kbir fi pjazza pubblika. Ġiet esplorata t-tema "Il-vjolenza hija ta’ żvantaġġ għall-iżvilupp”.

Fuq kollox kienet esperjenza sabiħa għalija li nkun involuta ma' msieħba internazzjonali u minn Ħaiti biex niċċelebraw il-jum internazzjonali tal-paċi u nistenna b’ħerqa li naħdem fuq avvenimenti simili fil-ġejjieni.

 

L-istorja ta' Marie hija  waħda mill-Ilħna Volontiera tan-NU.