Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

A picture
© shutterstock.com - YanLev

Volontiera tan-Nazzjonijiet Uniti – volontarjat għall-paċi u l-iżvilupp

Interessat fl-iżvilupp, l-azzjoni umanitarja u ż-żamma tal-paċi? Għalfejn ma ssirx wieħed mit-8,000 volontiera tan-NU li jgħinu fl-isfidi tal-iżvilupp madwar id-dinja?

VNU (Volontiera tan-Nazzjonijiet Uniti) hija attiva f'madwar 130 pajjiż.

 

Tista' tapplika?

Biex tkun eliġibbli li tkun volontier tan-NU, irid ikollok mill-anqas 25 sena u jkollok:

  • grad universitarju jew diploma teknika ogħla
  • mill-inqas sentejn esperjenza ta' xogħol
  • għarfien tajjeb ta' mill-inqas waħda mit-tliet lingwi ta' ħidma tal-VNU: Ingliż, Franċiż u Spanjol
  • impenn qawwi lejn il-valuri u l-prinċipji tal-volontarjat
  • l-abbiltà li taħdem f'ambjent multikulturali
  • il-ħila li tadatta għal kundizzjonijiet ta' għajxien diffiċli
  • kapaċitajiet interpersonali u organizzattivi qawwija
  • esperjenza ta' volontarjat u/jew ta' xogħol f'pajjiż li qed jiżviluppa tgħin.

 

"Issa nħares lura u nħossni verament iffortunat li ngħatajt l-opportunità nservi bħala volontier tan-NU ma' GEF-SGP fin-Nikaragwa. Li nagħtu għajnuna lill-komunitajiet lokali biex jiffaċċjaw l-isfidi f'ħajjithom ta' kuljum permezz tal-implimentazzjoni tal-proġetti determinati minnhom stess hija, fl-opinjoni tiegħi, waħda mill-aħjar mezzi ta' tagħlim u ġbir ta' lezzjonijiet minn esperjenzi fil-livell komunitarju. Tippermetti wkoll skambju tal-aħjar prattiċi fost atturi tal-għajnuna għall-iżvilupp, biex b'hekk isir impatt fuq skala globali jew reġjonali."
Antonia Cermak Terzian (Svizzera) ikkollaborat bħala volontiera tan-NU fin-Nikaragwa bejn Frar 2011 u Frar 2012.

 

Kif tapplika?

Jekk tissodisfa l-ħtiġiet kollha, tista' tmur dritt għall-formola ta' reġistrazzjoni tal-VNU.  Ftakar li jaf ma jkollokx għażla ta' stazzjon tas-servizz: dan jiddependi fuq ir-rekwiżiti operattivi, u jista' jagħti l-każ li ma tkunx taf fejn se tintbagħat qabel ma tiġi reklutat.

Ma hemm l-ebda mezz kif wieħed ikun jaf eżattament kemm żmien se jkollu jistenna bejn meta jirreġistra fil-bażi tad-dejta u meta jirċievi telefonata għal possibilità ta' opportunità ta' volontarjat. Ir-reġistrazzjoni fil-bażi tad-dejta mhix garanzija li se tirċievi assenjazzjoni bħala volontier tan-NU.

 

X’inhuma l-kundizzjonijiet ewlenin tal-assenjazzjoni ?

Il-maġġoranza vasta tal-assenjazzjonijiet tal-VNU huma bbażati fuq kuntratti ta' bejn 6 u 12-il xahar li jistgħu jiġġeddu.

Il-volontiera tan-NU jirċievu appoġġ matul l-assenjazzjonijiet tagħhom f'diversi modi, eż. permezz ta' volontier kull xahar għall-għajxien, leave annwali, u assigurazzjoni medika.

 

Fl-aħħarnett, hemm bosta modi kif eks-volontiera tan-NU jistgħu jżommu kuntatt ma’ xulxin u jibqgħu involuti, sabiex iħeġġu il-volontarjat għall-paċi u l-iżvilupp jew iħeġġu persuni oħra biex jivvolontarjaw.