Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

A picture
© shutterstock.com - Dragon Images

Volontarjat onlajn

Tixtieq tkun volontier iżda ma tista' tmur imkien? Il-ħin liberu tiegħek ikun f'ħinijiet mhux tas-soltu? Ipprova l-volontarjat onlajn u ddedika l-ħin u l-kapaċitajiet tiegħek għall-benefiċċju tas-soċjetà fuq l-internet.

Jekk il-volontarjat fiżiku huwa partikolarment diffiċli għalik minħabba xi diżabbiltà, obbligi fid-dar, diffikultajiet tat-trasport jew skeda tax-xogħol, tista' tikkunsidra l-volontarjat onlajn. Jekk għandek kompjuter, konnessjoni tal-Internet u l-ħiliet it-tajba, dan jista’ jkun l-għażla t-tajba għalik.

Ix-xogħol bħala volontier onlajn jiddependi fuq il-ħiliet u l-kompetenzi tiegħek. Tista' tidisinnja flyers, tmantni sit tal-internet, tittraduċi dokument, teditja filmat, tidisinnja bażi tad-dejta, timmaniġġja attivitajiet ta’ netwerking soċjali onlajn jew tikteb il-kodiċi għal xi programm. Tista' wkoll sempliċiment tagħti pariri esperti (pereżempju, fil-liġi jew l-edukazzjoni), twieġeb l-emails għal xi organizzazzjoni jew tagħmel riċerka.

 

Fejn tfittex

Cyber Volunteers: opportunitajiet għall-volontiera b'ħiliet ta' informazzjoni u komunikazzjoni

UN Volunteers Online: in-Nazjonijiet Uniti għandhom wieħed mill-aktar programmi żviluppati ta' volontarjat

Help from home: attivitajiet ta' volontarjat li jistgħu jsiru mid-dar, kemm onlajn kif ukoll bla kompjuter

Random Hacks of Kindness: volontarjat onlajn għal żviluppaturi u disinjaturi tas-softwer

 

Żomm f 'moħħok li l-volontarjat onlajn hu volontarjat ta' veru u jeħtieġ ħin ta' veru u impenn ta' veru u jinvolvi skadenzi ta' veru. Għalkemm huwa faċli ħafna li tgħid iva għall-volontarjat minn fuq l-internet, kun ċert li verament ikollok il-ħin għall-impenn li tieħu.

Il-volontarjat onlajn mhuwiex maħsub sabiex jieħu post il-volontarjat wiċċ imb wiċċ, għalhekk tista' tagħmilhom it-tnejn jekk għandek żmien.