Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

Citizens Initiative
© European Commission

Tixtieq tbiddel il-liġi?

X'tagħmel kieku kont inkarigat? L-Inizjattiva taċ-Ċittadini tippermettilek tikkontribwixxi fil-politiki tal-UE u tista' tipproponi l-leġiżlazzjoni tiegħek stess.

L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej tippermettilek tipparteċipa direttament fit-tfassil tal-politika tal-UE, billi ssejjaħ lill-Kummissjoni Ewropea tipproponi liġi ġdida.

 

Tibda b'idea …

Jekk l-idea tiegħek hija f'qasam politiku fejn il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tipproponi liġijiet, tista' tippreżenta inizjattiva taċ-ċittadini għal dan.

Ovvjament hemm xi kundizzjonijiet formali li għandek bżonn tilħaq biex tagħmel dan – b'mod partikolari, ma tistax tagħmel dan waħdek: l-inizjattiva tiegħek trid tiġi sottomessa b'mod konġunt permezz ta' “kumitat taċ-ċittadini” .

U għandek bżonn tikseb miljun firma f'għadd ta' pajjiżi differenti tal-UE. Iżda jekk tasal s'hemm jaf jirnexxilek!

 

X'jiġri wara?

Bil-miljun firma li tiġbor għandek garanzija li:

  • il-Kummissjoni se te¿amina b'mod serju l-inizjattiva tiegħek – tista' wkoll tiltaqa' mal-uffiċjali tal-Kummissjoni personalment biex tispjega l-idea tiegħek fid-dettall
  • tista' tippre¿enta l-inizjattiva tiegħek fi smigħ pubbliku fil-Parlament Ewropew

Il-Kummissjoni hija legalment marbuta li tibgħat tweġiba formali, billi tgħidlek jew x'azzjoni se tipproponi, u għaliex – jew għaliex ma tkunx tista' taġixxi.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li taġixxi, din se tkun fil-forma ta' proposta formali għal liġi ġdida. Madankollu, biex tiġi ppromulgata, il-liġi għandha tkun approvata minn (normalment) kemm il-Parlament Ewropew u l-gvernijiet tal-UE, li jaġixxu b'mod konġunt permezz tal-UE fil-Kunsill tal-UE.