Innutajna li qed tuża verżjoni antika tal-Microsoft Internet Explorer. Dan is-sit web huwa ottimizzat għal Internet Explorer verżjoni 9 jew aktar reċenti, għaldaqstant nitolbuk tikkunsidra li taġġorna l-brawżer tiegħek sabiex tkun tista' tgawdi l-aspetti kollha ta' dan is-sit. Żur is-sit ta' Microsoft http://www.microsoft.com biex tniżżel verżjoni aktar reċenti ta' Internet Explorer.

Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.


flag

Taħriġ

A picture
© shutterstock.com - artiomp

Tgħallem vokazzjoni

Kemm jekk għadek l-iskola u kemm jekk inti gradwat universitarju, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali jistgħu jgħinuk tħejji għas-suq dinji tal-impjiegi, billi jagħtuk il-kapaċitajiet li teħtieġ għal karrieri speċifiċi.

L-impjiegi li jeħtieġu livelli medji ta' kwalifiki għadhom aktar numerużi minn dawk li jirrekjedu lawrja universitarja – għaldaqstant il-benefiċċji tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali huma ovvji.

 

Skopri aktar dwar l-edukazzjoni vokazzjonali minn Euroguidance - Ċentri ta’ Riżorsi għal Gwida Vokazzjonali

 

L-iskemi vokazzjonali huma marbuta mas-sistema ta' apprendistat – it-tnejn li huma għandhom taħlita ta' teorija u esperjenz b'xogħol prattiku. Jistgħu jsiru fil-livell sekondarju, post-sekondarju jew matul edukazzjoni avvanzata, imma mhumiex ekwivalenti għall-edukazzjoni għolja.

 

Jekk int student/a, tista' ttejjeb il-ħiliet relatati max-xogħol permezz ta' skambju f'pajjiżi varji bil-Programm Leonardo da Vinci.

 

Rikonoxximent aħjar tat-tagħlim vokazzjonali

Hemm bosta inizjattivi Ewropej li jtejbu r-rikonoxximent u l-kwalità tal-ħiliet u l-kwalifiki miksuba permezz ta' skemi vokazzjonali: