Innutajna li qed tuża verżjoni antika tal-Microsoft Internet Explorer. Dan is-sit web huwa ottimizzat għal Internet Explorer verżjoni 9 jew aktar reċenti, għaldaqstant nitolbuk tikkunsidra li taġġorna l-brawżer tiegħek sabiex tkun tista' tgawdi l-aspetti kollha ta' dan is-sit. Żur is-sit ta' Microsoft http://www.microsoft.com biex tniżżel verżjoni aktar reċenti ta' Internet Explorer.

Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.


flag

Tagħlim barra l-iskola

Video: 

The Story of Youthpass, part II (2012)


Tgħallem b'li tagħmel - edukazzjoni mhux formali

L-edukazzjoni hija parti mill-ħajja ta' kulħadd, iżda m'hemmx għalfejn isseħħ dejjem fi klassi. Hemm mezzi oħra ta' tagħlim, ħafna drabi meta lanqas tkun qed tinduna li qed titgħallem.

L-edukazzjoni tradizzjonali hija strutturata u formali – tingħata minn istituzzjoni (skola, università) u twassal għal kwalifika.

 

It-tagħlim informali huwa l-oppost: affarijiet li titgħallem bla ħsieb fix-xogħol ta' kuljum u fl-attivitajiet mal-familja.

 

It-tagħlim mhux formali jinstab xi mkien bejn dawn iż-żewġ estremi. Jista' jkun strutturat, b'għanijiet ta' tagħlim – imma normalment iseħħ barra mill-istituzzjonijiet formali: f'laqgħat ta' ħidma, seminars, korsijiet komunitarji, il-post tax-xogħol jew anki fl-isport.

Jista' jkun tagħlim permezz ta' inizjattiva tiegħek stess, jew b'riżultat ta' attivitajiet oħra.

 

Tkun xi tkun is-sura li jieħu, issa tista' tikseb rikonoxximent formali għall-affarijiet li titgħallem b'dan il-mod – permezz ta' Youthpass.

 

U fis-snin reċenti, aktar organizzazzjonijiet bdew jirrealizzaw li t-tagħlim kollu huwa prezzjuż, u li jirrikonoxxu kemm it-tagħlim mhux formali kif ukoll it-tagħlim informali bl-istess mod mat-tagħlim formali.

Rikonoxximent OECD tat-tagħlim mhux formali u t-tagħlim informali

Validazzjoni tal-UE tat-tagħlim mhux formali u t-tagħlim informali