Innutajna li qed tuża verżjoni antika tal-Microsoft Internet Explorer. Dan is-sit web huwa ottimizzat għal Internet Explorer verżjoni 9 jew aktar reċenti, għaldaqstant nitolbuk tikkunsidra li taġġorna l-brawżer tiegħek sabiex tkun tista' tgawdi l-aspetti kollha ta' dan is-sit. Żur is-sit ta' Microsoft http://www.microsoft.com biex tniżżel verżjoni aktar reċenti ta' Internet Explorer.

Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.


flag

Il-komunità tiegħek

A picture
© iStockphoto.com - eyecrave

Tagħmel parti mill-214-il miljun immigrant?

Wieħed minn kull 33 persuna fid-dinja llum hu migrant, hekk kif iktar u iktar persuni qed jiċċaqalqu minn post għal ieħor minn qatt qabel fl-istorja tal-bniedem.

Il-migrazzjoni hi fenomenu dinji b'madwar 3.1% tal-popolazzjoni tad-dinja (madwar 214-il miljun) li ma jgħixux fejn twieldu. Il-fluss normalment jiddependi mill-ekonomija, peress li n-nies iġorru biex isibu xogħol u kundizzjonijiet tal-għajxien aħjar. Madankollu, il-globalizzazzjoni żiedet ukoll il-mobilità bejn il-fruntieri.

 

Tixtieq tiġi fl-UE?

Jekk ġej minn pajjiż barra l-Unjoni Ewropea, il-Portal tal-UE tal-Immigrazzjoni hu mimli informazzjoni dwar kif tidħol b'mod legali f'pajjiż tal-UE. Jekk tixtieq parir iktar speċifiku tista' tfittex l-organizzazzjonijiet li jieħdu ħsieb il-kwistjonijeit relatati mal-migrazzjoni.

Mill-1999, l-UE qed tiżviluppa politika tal-immigrazzjoni komuni għall-Ewropa, b'regoli dwar l-immigrazzjoni u l-viżi li huma validi fil-pajjiżi kollha tal-UE.

 

Iċ-ċaqliq fi ħdan l-UE

Bħala ċittadin tal-UE għandek id-dritt li tgħix fi kwalunkwe pajjiż ieħor tal-UE biex tistudja jew taħdem. Sib dwar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tiegħek, kif ukoll pariri utli, fuq L-Ewropa Tiegħek.

 

Il-Jum Internazzjonali tal-Migranti

In-NU ddikjaraw it-18 ta' Diċembru bħala l-Jum Internazzjonali tal-Migranti – biex jimmarka l-jum fl-1990 meta ġiet adottata l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti u tal-Membri tal-Familji Tagħhom. L-idea wara dan il-jum hu li tinxtered l-informazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-migranti u l-libertajiet fundamentali tagħhom, permezz ta' skambju tal-esperjenzi u kampanji li jipproteġu d-drittijiet tal-migranti.

 

Problemi relatati

Ħafna migranti u l-familji tagħhom huma vittmi ta' firxa wiesgħa ta' abbużi tad-drittijiet tal-bniedem. Il-migrazzjoni illegali saret waħda mill-kwistjonijiet ewlenin ta' żmienna, u t-traffikar tal-bnedmin saret problema fid-dinja kollha.