Innutajna li qed tuża verżjoni antika tal-Microsoft Internet Explorer. Dan is-sit web huwa ottimizzat għal Internet Explorer verżjoni 9 jew aktar reċenti, għaldaqstant nitolbuk tikkunsidra li taġġorna l-brawżer tiegħek sabiex tkun tista' tgawdi l-aspetti kollha ta' dan is-sit. Żur is-sit ta' Microsoft http://www.microsoft.com biex tniżżel verżjoni aktar reċenti ta' Internet Explorer.

Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.


flag

Skola u università

A picture
© fotolia.com - goodluz

Studja f'pajjiż ieħor ma' ERASMUS - esperjenza li ma tinsiha qatt

Apparti mill-benefiċċji edukattivi, kulturali u personali, sena ERASMUS tista' tagħtik spinta fil-karriera futura.

Bl-iskema ERASMUS tal-UE, tista' tistudja barra għal bejn 3 u 12-il xahar f'waħda minn madwar 4,000 università fi 30 pajjiż parteċipanti fl-Ewropa.

Għal għajnuna fl-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-għajxien, tista' tapplika għal għotja ERASMUS u ma jkollokx tħallas miżati fl-università li tospitak.

 

Liema pajjiżi joffru ERASMUS?

Il-pajjiżi tal-UE kollha kif ukoll l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, it-Turkija, il-Kroazja u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

 

Min jista' japplika?

Biex tapplika trid:

 

Kif tibda.

  • Ikkuntattja l-uffiċċju internazzjonali tal-università tiegħek u/jew l-uffiċċju ta' Erasmus biex issib tagħrif dwar opportunitajiet speċifiċi, il-proċedura ta' għa¿la u l-appoġġ finanzjarju.
  • Iċċekkja l-karta tal-istudent ERASMUS, li tistipola d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tiegħek waqt i¿-¿mien li tqatta' barra.

 

"Żgur li kienet l-aħjar sena tal-università fejn sfruttajt opportunitajiet ġodda li ma kienux jeżistu fl-università f'pajjiżi, u għamilt ħafna ħbieb ġodda. Is-sena ERASMUS tagħtni viżjoni ġdida tad-dinja li tmur lil hinn minn pajjiżi u saħansitra mill-Ewropa."

Tomás Sánchez López’s minn Spanja qatta' l-aħħar sena tal-Master’s tiegħu fil-Finlandja f'2002.

 

Waqt is-sena ERASMUS tiegħek

Li tattendi l-korsijiet u ssir taf sistema universitarja differenti hija parti kbira miż-żmien tiegħek barra, imma li tiltaqa' ma' studenti ERASMUS oħra u l-kultura tagħhom hija parti importanti wkoll. In-Netwerk tal-Istudenti ERASMUS jista' jgħinek f'dan, kull ma trid tagħmel hu li ssib fergħa qribek u tara x'għandhom ippjanat.

 

Fit-tmiem

Lejn it-tmiem tal-perjodu tiegħek barra, l-istituzzjoni li ospitatek trid tagħti kemm lilek u kemm lill-istituzzjoni f'pajjiżek traskrizzjoni tar-reġistri li turi li int issodisfajt il-ftehim ta' tagħlim u turi r-riżultati tiegħek.

L-istituzzjoni f'pajjiżek trid tagħtik rikonoxximent għal sena skolastika sħiħa talli wettaqt l-attivitajiet fil-ftehim ta' tagħlim tiegħek bl-użu tal-krediti tal-ECTS.