You are here

flag

Pubblikat: 23/04/2013 16:35

Skambji u proġetti ta' Żgħażagħ għall-Ewropa – Nitgħallmu b'li nagħmlu

Il-poġetti "Żgħażagħ għall-Ewropa" jgħinuk tagħti sehem attiv bħala ċittadin Ewropew u tiltaqa' ma' oħrajn minn pajjiżi differenti. Skopri x'tip ta' proġetti hemm.

A picture

© shutterstock.com - Yuri Arcurs

Żgħażagħ għall-Ewropa – joffri skambji, inizjattivi għaż-żgħażagħ u proġetti ta' demokrazija żagħżugħa, kollox parti mill-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni tal-UE. Imma x'tip ta' inizzjativi huma?

 

L-iskambju taż-żgħażagħ

"Slainte agus An Oige" ġabar 40 żagħżugħ u żagħżugħa mill-Irlanda, il-Litwanja, il-Polonja u r-Renju Unit f'Omagh, l-Irlanda ta' Fuq. L-għan kien li jagħti liż-żgħażagħ qafas għal ħajja f'saħħitha permezz ta' parteċipazzjoni f'attivitajiet fuq barra. Iż-żgħażagħ ippruvaw sport differenti u ħadu sehem f'laqgħat ta' ħidma. Il-grupp ta' kull pajjiż għamel ukoll preżentazzjoni dwar il-kultura u l-istorja ta' pajjiżu. Il-programm għen biex il-parteċipanti jiksbu l-fiduċja fihom infushom, jaċċettaw lil ħaddieħor, jiftħu moħħhom, jitgħallmu dwar kulturi oħra u jistmaw pajjiżi oħra.

 

Inizjattiva Nazzjonali taż-Żgħażagħ

Fit-Turkija 12-il żagħżugħ u żagħżugħa kkooperaw ma' NGO lokali fuq proġett biex jgħallmu kapaċitajiet bżiċi tal-kompjuter lit-tfal tat-triq. Sabiex din l-Inizjattiva Nazzjonali taż-Żgħażagħ tinagħta dimensjoni Ewropea, iż-żgħażagħ irriċerkaw ukoll il-qagħdatat-tfal f'sitwazzjonijiet simili f'pajjiżi oħra tal-Ewropa. Iż-żgħażagħ ġabru din l-informazzjoni, qasmu s-sejbiet tagħhom u ddiskutew is-similaritajiet u d-differenzi fil-kundizzjonijiet għat-tfal tat-triq fil-pajjiżi Ewropej.

 

Proġett tad-Demokrazija taż-Żgħażagħ

Il-muniċipalitajiet ta' Mynämäki u Lieto fil-Finlandja u żewġ gruppi taż-żgħażagħ minn Kjøllefjord fin-Norveġja għamlu proġett tad-demokrazija taż-żgħażagħ fiż-żewġ pajjiżi. Dawn kellhom bejn 15 u 17-il sena u xi wħud minnhom kienu attivi f'kunsilli lokali taż-żgħażagħ, b'uħud minnhom minn komunitajiet remoti. L-għan tal-proġett kien li jiskopru dwar is-sistemi tat-teħid ta' deċiżjonijiet u jqarreb liż-żgħażagħ lejn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet. Iż-żgħżagħ bnew Villaġġ tal-Ħolm fejn il-gruppi ssimulaw it-teħid ta' deċiżjonijiet f'kunsilli muniċipali u eżaminaw kif taħdem demokrazija rappreżentattiva.

Aktar dwar dawn il-proġetti ta' Żgħażagħ fl-Azzjoni u oħrajn.

 

Kif tapplika

Trid tilħaq dawn il-kundizzjonijiet:

  • irid ikollok bejn 13 u 30 sena jew tkun attiv f'xogħol maż-żgħżagħa jew f'organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ
  • trid tkun tgħix f'wieħed mill-pajjiżi eleġibbli.

Aktar dwar kif tapplika.

Jekk int u l-proġett tiegħek intom eleġibbli, għandek tibgħat applikazzjoni lil EACEA jew lill-aġenzija nazzjonali tiegħek.

 

Skadenzi

Għal proġetti mibgħuta lil Aġenzija Nazzjonali hemm 3 skadendzi fis-sena għall-applikazzjonijiet:

  • 1 Frar - għal proġetti li jibdew bejn l-1 ta' Mejju u l-31 ta' Ottubru
  • 1 Mejju - għal proġetti li jibdew bejn l-1 ta' Awwissu u l-31 ta' Jannar
  • 1 Ottubru - għal proġetti li jibdew bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Ġunju

 

Għal proġetti mibgħuta lill-Aġenzija Eżekuttiva EACEA hemm ukoll 3 skadendzi fis-sena:

  • 1 Frar - għal proġetti li jibdew bejn l-1 ta' Awwissu u l-31 ta' Diċembru
  • 1 Ġunju - għal proġetti li jibdew bejn l-1 ta' Diċembru u t-30 ta' April
  • 1 Settembru - għal proġetti li jibdew bejn l-1 ta' Marżu u l-31 ta' Lulju