You are here

flag

Pubblikat: 07/05/2013 14:19

Skambji internazzjonali taż-żgħażagħ tal-Lions Club

Daż-żgur, tista' tivvjaġġa f'pajjiż ieħor biex tistudja, taħdem, tagħmel volontarjat, jew sempliċiment biex tiddeverti. Iżda x'taħseb dwar li tidħol b'ruħek u b'ġismek fil-kulutra ta' pajjiż permezz tal-iskambju internazzjonli taż-żgħażagħ u l-programm tal-youth camp tal-Lions Club?

A picture

© shutterstock.com - MANDY GODBEHEAR

X'inhu l-Programm ta' Skambju taż-Żgħażagħ tal-Lions?

Il-membri tal-Lions Club Internazzjonali jagħmlu xogħol lokali ta' volontarjat biex itejbu l-komunitajiet lokali. Il-programm ta' Skambju taż-Żgħażagħ tal-Lions jlaqqa' liż-żgħażagħa ma' kulturi oħrajn billi jgħinuk tivvjaġġa barra minn pajjiżek.

Skambji. Tista' tagħmel skambju kulfejn hemm Lions Club. Bħalissa, hemm 46,000 klabb b'1.35 miljun membru! Il-biċċa l-kbira tal-iskambji jdumu bejn 4 u 6 ġimgħat b'familja ospitanti jew aktar f'pajjiż ieħor. Tiltaqa' ma' żgħażagħ tal-età tiegħek mid-dinja kollha, tagħmel il-ħbieb, titgħallem dwar dak li jgħaqqdek mal-oħrajn u x'jagħmlek differenti mill-oħrajn.

Il-kampijiet idumu bejn ġimgħa u ġimgħatejn, u spiss jinkludu żjara għand familja u żjarat f'postijiet ta' interess kulturali u naturali.

 

Min jista' japplika?

Biex tieħu sehem fi Skambju taż-Żgħażagħ tal-Lions:

  • għandu jkollok bejn 15 u 22 sena
  •  għandu jkollok għarfien bażiku tal-lingwa tal-pajjiż li se jospitak
  • għandek tkun lest li tirrappreżenta l-komunità u l-pajjiż tiegħek u l-Lions club li jisponsorjak
  • għandek tipprovdi prova ta' assigurazzjoni (tas-saħħa, medika, tal-ivvjaġġar) u ftehim ta' rilaxx ta' responsabbiltà

 

Kif tapplika?

  1. Ikkuntattja lil-Lions club lokali tiegħek għal sponsorship jew lill-president tal-Youth Camp and Exchange imniżżel fid-Direttorju tal-Youth Camp and Exchange
  2. Imla applikazzjoni
  3. Ladarba tikseb l-isponsorship u l-firem, l-applikazzjoni tintbagħat lil-Lions li jistgħu jospitawk biex jikkonfermaw l-iskambju tiegħek.

 

Storja ta' skambju taż-żgħażagħ

Stephanie Theyssen, mil-Lions Clubs tal-Belġju, marret il-Ħawaj fl-2011.

"Dan il-kamp taż-żgħażagħ biddilli ħajti f'ħafna modi. Tani l-bilanċ: spiritwali, kulturali, tani l-indipendanza, il-kunfidenza fija nnifsi (peress li kelli nitkellem ma' Lions Clubs differenti u kelli nirrexta quddiemhom ukoll) u soċjali (Ohana, ittratta lil kull persuna f'din is-soċjetà bħal membru tal-familja tiegħek u għin lill-oħrajn bil-modi kollha possibbli). Grazzi minn qalbi għal din l-esperjenza sabiħa. Mahalo!"