Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

A picture
© fotolia.com - olly

Sir Bogliasco Fellow!

Jekk qed tagħmel xogħol kreattiv avvanzat jew riċerka akkademika, tista’ tapplika għall-Programm Bogliasco Fellowship! Skopri x’għandek tagħmel biex tissieħeb maċ-Ċentru għall-Istudji tal-Ligurja fir-Riviera Taljana.

Il-Ċentru għall-Istudji tal-Ligurja tal-Fondazzjoni Bogliasco, viċin Ġenova, jagħti fellowships residenzjali lill-artisti u l-akkademiċi mill-pajjiżi kollha, għan-nisa u l-irġiel ta’ kull età.

 

Tista' tapplika?

Int mistieden tapplika jekk qed tagħmel xogħol kemm kreattiv kif ukoll akkademiku fl-oqsma tal-arkeoloġija, l-arkitettura, il-klassiċi, iż-żfin, il-films jew il-vidjows, l-istorja, l-arkitettura tal-pajsaġġ, il-letteratura, il-mużika, il-filosofija, it-teatru u l-arti viżiva. Madankollu, żomm f’moħħok li ċ-ċentru għall-istudji ma għandux spazju ta’ studju għall-provi jekk tixtieq taħdem b’mod estensiv fil-qasam tal-ispettaklu, b’mod partikulari fejn jidħlu ż-żfin, il-mużika u t-teatru.

 

Kif tapplika?

Biex tapplika għall-Bogliasco Fellowship, jeħtieġlek li turi bravuri sinifikanti fid-dixxiplina tiegħek, li jikkorrispondu mal-età u l-esperjenza li għandek. Jeħtieġlek ukoll tippreżenta deskrizzjonijiet tal-proġetti li biħsiebek issegwi f’Bogliasco. Ftakar li l-Bogliasco Fellowships ma jingħatawx lil studenti li fl-istess ħin ikunu qed isegwu programm ta’ diploma.

Tista’ tippreżenta l-fajl tal-applikazzjoni tiegħek bl-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, it-Taljan, jew l-Ispanjol. Kun ċert li tiċċekkja d-dokumenti meħtieġa kollha u li timla d-dettalji dwar il-proċess tal-applikazzjoni fil-websajt tal-Fellowship.

 

Limiti taż-żmien

Il-Fellowships normalment isiru minn Settembru sat-13 ta’ Diċembru (is-semestru ħarifa-xitwa) bil-limitu taż-żmien għall-applikazzjonijiet f’Jannar, u bejn Frar u Mejju (is-semestru xitwa-rebbiegħa) bil-limitu taż-żmien għall-applikazzjonijiet f’April. Iċċekkja l-websajt tal-fellowship għad-dati ta’ din is-sena.

 

Il-Fondazzjoni Bogliasco ospitat madwar 700 Fellow minn 40 pajjiż mill-ftuħ tagħha fl-1996 ’l hawn. Ta’ kull sena, il-Fondazzjoni tagħti madwar 50 fellowship li normalment idumu minn 30/31 sa 33/34 ġurnata.