Innutajna li qed tuża verżjoni antika tal-Microsoft Internet Explorer. Dan is-sit web huwa ottimizzat għal Internet Explorer verżjoni 9 jew aktar reċenti, għaldaqstant nitolbuk tikkunsidra li taġġorna l-brawżer tiegħek sabiex tkun tista' tgawdi l-aspetti kollha ta' dan is-sit. Żur is-sit ta' Microsoft http://www.microsoft.com biex tniżżel verżjoni aktar reċenti ta' Internet Explorer.

Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.


flag

Tagħlim barra l-iskola

A picture
© fotolia.com - FotolEdhar

Simply the BEST għall-istudenti tat-teknoloġija

Idejquk il-korsijiet żejda? Erġa' aħsibha!

BEST (Board of European Students of Technology) hija organizzazzjoni bla profitti li toffri korsijiet qosra tul is-sena kollha fejn l-istudenti tal-inġinerija jkollhom l-opportunità jitgħallmu aktar dwar suġġett ta' interess.

 

Dawn il-korsijiet joffrulek l-opportunità li ssegwi l-lectures, iżżur kumpaniji, impjanti industrijali u ċentri ta' riċerka u tieħu sehem fi studji tal-każijiet. Fl-aħħar tal-kors tagħmel eżami u, jekk il-kors ikun rikonoxxut mill-università f'pajjiżek, tista' wkoll tirċievi krediti tal-ECTS għalih.

 

Iżda mhuwiex biss xogħol iebes – tiltaqa' wkoll ma' ħafna nies minn xi 30 pajjiż parteċipant u tieħu sehem f'avvenimenti kulturali.

 

Lista ta' korsijiet fit-teknoloġija ta' BEST.

 

Kif tapplika

Interessat/a? Tista' tapplika jekk inti student/a tat-teknoloġija minn università li għandha Grupp lokali BEST jew jekk l-università tiegħek hija organizzazzjoni msieħba ma' BEST.

Skopri kif tapplika u aqbad aħdem fuq l-ittra ta' motivazzjoni tiegħek. L-iskadenzi jvarjaw għall-istaġuni differenti tal-korsijiet.

 

Għadek mhux konvint? Forsi l-filmat jista' jgħin!