Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

A picture
© shutterstock.com - DeiMosz

Is-Servizz Volontarju Ewropew (SVE): x'inhu eżattament?

Għandek bejn 17 u 30 sena u lest li tqatta' minn xahrejn sa 12-il xahar barra minn pajjiżek bħala volontier tas-SVE?

Kif jaħdem?

Proġett tas-SVE  huwa sħubija bejn żewġ organizzazzjonijiet ta' promozzjoni jew aktar. Dawn il-promoturi huma responsabbli għar-reklutaġġ ta' volontiera għall-proġett tagħhom.
 

Il-volontiera jipparteċipaw fis-SVE permezz ta' Organizzazzjoni li tibgħathom mill-pajjiż fejn jgħixu u Organizzazzjoni li tilqagħhom waqt is-servizz.
 

Il-proġetti jdumu bejn xahrejn u 12-il xahar, u bħala volontier tista' taħdem f'għadd kbir ta' oqsma, bħall-kultura, iż-żgħażagħ, l-isport, it-tfal, il-wirt kulturali, l-arti, il-benessri tal-annimali, l-ambjent u l-kooperazzjoni tal-iżvilupp. Fl-aħħar tal-perjodu tas-SVE, tirċievi ċertifikat li jikkonferma l-parteċipazzjoni tiegħek u jiddeskrivi l-proġett – il-Youthpass.
 

Ikollok akkomodazzjoni b'xejn, ikel, assikurazzjoni u flus fil-but. L-unika ħaġa li forsi jkollok tħallas hija parti żgħira mill-vjaġġ.
 

Kif nista' napplika?

Jekk għanek bejn 17 u 30 sena, għandek żewġ għażliet:

1. Ikkuntattja organizzazzjoni li qed tirrekluta l-volontiera għal proġett b'għotja JEW

2. Ikkuntattja organizzazzjoni biex tiddiskuti kif tibda proġett

Biex tikkuntattja organizzazzjoni, ikkonsulta l-bażi tad-dejta dwar l-organizzazzjonijiet akkreditati.
 

Tista' tiċċekkja l-lista ta' pajjiżi eleġibbli fil-Gwida tal-Programm.