Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

Young People
© iStockphoto.com - clearstockconcepts

Sejjer tgħix barra pajjiżek

Kemm jekk il-vjaġġ tiegħek hu għall-istudju, ix-xogħol jew il-volontarjat f'pajjiż ieħor, se jkun jeħtieġlek post biex toqgħod fih matul dak iż-żmien. Skopri x'jeħtieġlek tagħmel u kif għandek tfittex akkomodazzjoni matul iż-żmien li tkun barra pajjiżek.

 

L-Ewropa Tiegħek tagħtik l-informazzjoni kollha meħtieġa minnek dwar drittijietek u dmirijietek meta tgħix f'pajjiż differenti. Jekk qed tistudja, taħdem jew għadek qed tfittex impjieg, jeżistu affarijiet li għandek bżonn tagħmel meta tiċċaqlaq lejn pajjiż differenti.

 

Fejn u kif tfittex post biex tgħix fih jiddependi ħafna mill-pajjiż jew belt li tmur biex toqgħod fiha, għalhekk hu importanti li takkwista informazzjoni lokali. Toqgħodx taħsibha kkuntattja lill-Multiplikatur ta' Eurodesk għal aktar appoġġ lokali. Meta tgħix barra pajjiżek, hu wkoll importanti li tikkuntattja  l-ambaxxata lokali ta' pajjiżek, billi huma jistgħu jgħinuk ukoll.

 

Komunitajiet ta' persuni li jgħixu barra pajjiżhom

Aktarx li ma tkunx l-uniku barrani li tkun qed tgħix fil-belt ġdida tiegħek. Hemm diversi gruppi ta' persuni li jgħixu barra pajjiżhom madwar id-dinja li jistgħu jgħinuk issib akkomodazzjoni, impjiegi, għamara, avvenimenti u bosta pariri utli oħrajn.

  • Just Landed: agħżel pajjiż u tkun konness ma' persuni li jgħixu barra pajjiżhom u skopri dak li jeħtieġlek biex tgħix barra pajjiżek.
  • Expatriates.com: iċċekkja r-riklami f'pajjiżek jew fir-reġjun jew ibgħat ir-riklam tiegħek.
  • InterNations: sib persuni oħrajn li jgħixu barra pajjiżhom f'aktar minn 390 belt mad-dinja kollha. Ingħata pariri u għajnuna biex tiltaqgħu flimkien offlajn fl-avvenimenti u l-attivitajiet li jsiru ta' kull xahar.

 

Tista' ssib ukoll bosta komunitajiet oħrajn bħal dawk fil-Facebook, kemm tfittex il-belt li se tmur toqgħod fiha.