Innutajna li qed tuża verżjoni antika tal-Microsoft Internet Explorer. Dan is-sit web huwa ottimizzat għal Internet Explorer verżjoni 9 jew aktar reċenti, għaldaqstant nitolbuk tikkunsidra li taġġorna l-brawżer tiegħek sabiex tkun tista' tgawdi l-aspetti kollha ta' dan is-sit. Żur is-sit ta' Microsoft http://www.microsoft.com biex tniżżel verżjoni aktar reċenti ta' Internet Explorer.

Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.


flag

Opportunitajiet ta' volontarjat

A picture
© shutterstock.com - Petrenko Andriy

Qed tfittex opportunitajiet ta' volontarjat?

Jekk tixtieq tingħaqad mal-għadd dejjem jikber ta' żgħażagħ li jagħmlu volontarjat fl-Ewropa u madwar id-dinja, hemm ħafna postijiet onlajn fejn tista' tagħżel l-aqwa opportunità għalik!

Kulħadd jista' jkun volontier. Kull ma għandek bżonn huma motivazzjoni u r-rieda għax-xogħol u li titgħallem mingħand in-nies fil-komunità.

Hemm bosta raġunijiet għala n-nies jiddeċiedu li jagħmlu volontarjat, normalment li jroddu servizz u li jagħmlu differenza fil-ħajja tal-oħrajn. Ma jimpurtax meta tiddeċiedi li tkun volontier, jew x'tiddeċiedi li tagħmel, ix-xogħol jagħtik ħafna benefiċċji. U meta twettaq dan ix-xogħol, tkun qed tagħmel differenza vera fil-ħajja ta' individwi, il-Komunità u l-ambjent. Ikollok iċ-ċans tiltaqa’ ma’ nies ġodda, filwaqt li tkabbar il-kuxjenza soċjali tiegħek.

Esperjenza ta’ volontarjat tista' tkun ukoll ta' benefiċċju fil-karriera professjonali tiegħek, peress li tkun tista’ tiżviluppa l-ħiliet soċjali, tekniċi, fil-bini tat-timijiet u s-soluzzjonijiet ta' problemi.

“Il-ġmiel tal-volontarjat jinsab fil-fatt li meta tagħti, tirċievi lura wisq aktar”.

 

Fejn tfittex:

Eurodesk: opportunitajiet għaż-żgħażagħ

Creative Corners: volontarjat kreattiv

Cross-Cultural Solutions: volontarjat internazzjonali

Global Volunteer Network: offerti ta' volontarjat f'aktar minn 20 pajjiż

Idealist.org: opportunitajiet ta' volontarjat madwar id-dinja

Service Civil International: volontarjat għall-paċi

Volunteer Action Counts: aqsam l-azzjonijiet ta' volontarjat ma' ħaddieħor

World Wide Helpers: mijiet ta' proġetti minn madwar id-dinja