Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

A picture
© shutterstock.com - watcharakun

Programm ta' skambju IAESTE

Akkanit li tikseb esperjenza teknika imma għadek student? Ma' IAESTE tista' tagħmel apprendistat f'pajjiż ieħor waqt li għadek l-università.

L-Assoċjazzjoni Internazzjonali dwar l-Iskambji għall-Istudenti biex jiksbu Esperjenza Teknika (IAESTE) tagħtik opportunità tidħol b'ruħek u b'ġismek f'kultura oħra u tipprovdik b'esperjenza ta' xogħol permezz ta' apprendistat imħallas f'pajjiż ieħor.

 

Biex tapplika trid:

  • tkun student full-time fl-edukazzjoni għolja f'wieħed mill-100 pajjiż fejn hija rrappreżentata IAESTE (ara l-lista tal-pajjiżi IAESTE)
  • tkun student tax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija, l-agrikoltura jew l-arti applikata (ara t-taqsima tad-dixxiplini).

 

Kif tapplika

Meta tara li tissodisfa l-kriterji, tista' tapplika ma' IAESTE f'pajjiżek. Ftakar li kull pajjiż ta' IAESTE għandu l-kriterji u skadenzi tiegħu għall-applikazzjonijiet u li x'aktarx ma tkunx tista' tispeċifika fejn tippreferi tmur jew ma' liema kumpanija.

 

Imħasseb dwar l-ispiża? L-apprendisti ta' IAESTE kollha ġeneralment jieħdu benefiċċju għall-għajxien, skont min iħaddimhom u l-għoli tal-ħajja f'dak il-pajjiż:

  • kopert mill-benefiċċju - ikel, akkomodazzjoni u vvjaġġar lejn ix-xogħol u lura
  • trid tħallas int - spejjeż tal-ivvjaġġar lejn il-pajjiż u assikurazzjoni personali waqt l-apprendistat.