Innutajna li qed tuża verżjoni antika tal-Microsoft Internet Explorer. Dan is-sit web huwa ottimizzat għal Internet Explorer verżjoni 9 jew aktar reċenti, għaldaqstant nitolbuk tikkunsidra li taġġorna l-brawżer tiegħek sabiex tkun tista' tgawdi l-aspetti kollha ta' dan is-sit. Żur is-sit ta' Microsoft http://www.microsoft.com biex tniżżel verżjoni aktar reċenti ta' Internet Explorer.

Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.


flag

Skola u università

A picture
© fotolia.com - Drivepix

Partat il-klassi – mur skola f'pajjiż ieħor

Orrajt, xorta jkollok tmur l-iskola – imma tagħmel ħbieb ġodda, ittejjeb il-ħiliet tal-lingwi u ssir taf kultura ġdida.

Li tqatta' ż-żmien fi skola barra hija opportunità tajba għall-iżvilupp personali u akkademiku, u ovvjament tidher tajba fis-CV.

 

Żjara individwali

Waħda mill-aktar forom ta' żjarat fi skola f'pajjiż ieħor – fejn toqgħod ma' familja lokali u tattendi skola għal bejn 3 u 12-il xahar.

Fil-qosor:

  • Il-biċċa l-kbira tal-istudenti joqgħodu għand familja. Kultant ikun hemm il-possibbiltà li toqgħod fi skola li toffri faċilitajiet ta’ akkomodazzjoni għal għajxien (boarding school), għalkemm normalment din tiswa' iktar.  
  • Ħafna studenti ta' skambju jkollhom bejn 15 u 18-il sena.
  • Organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet speċjalizzati jistgħu jgħinuk torganizza ¿jara individwali.
  • Tista' tippjana ¿-¿jara tiegħek sena minn qabel.
  • L-ispejje¿ u s-servizzi jvarjaw ħafna. F'bosta ka¿i, l-ispejje¿ ikollhom jiġu koperti minnek jew mill-familja tiegħek.

 

Skambji ta' gruppi

L-iskambji fl-iskejjel – fejn grupp ta' studenti minn pajjiżi differenti jżuru lil xulxin – normalment jiġu organizzati bejn skejjel imsieħba jew bliet f’ġemellaġġ. Il-biċċa l-kbira tal-iskambji jkunu qosra, bejn ġimgħa u xahar jew xi ħaġa hekk.

 

Jekk int interessat/a, l-iskola jew il-kunsill lokali tiegħek għandhom ikunu jistgħu jgħidulek jekk għandhomx skema li tista' tieħu sehem fiha. Jekk le, tista' tgħidilhom dwar il-possibbiltajiet ta' finanzjament Ewropej, eż. permezz tal-iskema Comenius tal-UE jew il-Programm “L-Ewropa għaċ-ċittadini".

 

Fl-aħħar nett, għandek tinforma l-iskola sew minn qabel biex tiċċekkja jekk tiħux kreditu għal xogħlok waqt li tkun barra. Kun af li xi skejjel iġiegħluk tirrepeti sena.