Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

A picture
© fotolia.com - bojorgensen

Niġġieldu kontra r-razziżmu fl-Ewropa

Fil-kontinent kollu, għad hemm wisq nies, komunitajiet u soċjetajiet li jbatu mill-inġustizzja u l-istigma li jġib miegħu ir-razziżmu. Int x'tista' tagħmel?

Id-diskriminazzjoni razzjali u etnika hi realtà ta' kuljum għal miljuni ta' nies. Din id-diskriminazzjoni tista' tieħu forom differenti: miċ-ċaħda tal-prinċipji bażiċi tal-ugwaljanza sal-mibgħeda etnika. Madankollu, kull wieħed minna għandu rwol importanti biex iwaqqaf din l-imġiba billi nieħdu azzjoni u nxerrdu l-kelma!

 

 

 

Il-Futbol Kontra r-Razziżmu

Il-UEFA u n-netwerk FARE (Football Against Racism in Europe) jaħdmu flimkien biex iwasslu messaġġ ta' tolleranza zero quddiem kwalunkwe forma ta' razziżmu u diskriminazzjoni. Il-FARE Action Weeks jgħaqqdu lis-sapporters, il-klabbs, il-minoritajiet etniċi u l-komunitajiet biex jagħmlu d-diskriminazzjoni xi ħaġa tal-passat.

Kemm jekk tagħmel parti minn klabb tas-sapporters, klabb tal-futbol, organizzazzjoni ta' minorità etnika, jew kwalunkwe tip ta' NGO fl-Ewropa, tista' tapplika għal għotja żgħira biex toħloq l-attivitajiet tiegħek matul l-Action Weeks. Tista' tniżżel materjal differenti li tista' tuża fl-avvenimenti tiegħek.

 

Il-Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Razzjali

Fil-21 ta' Marzu 1960, il-pulizija sparaw u qatlu 69 persuna f'manifestazzjoni paċifika kontra l-apartheid fl-Afrika t'Isfel. Minn dakinhar 'l hawn, din id-data ġiet iddikjarata min-Nazzjonijiet Uniti bħala l-Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Razzjali.

Kull sena f'dan iż-żmien, Il-Ġimgħa ta' Azzjoni fl-Ewropa kollha tgħaqqad flimkien lill-persuni li jiġġieldu kontra r-razziżmu u d-diskriminazzjoni razzjali. L-organizzazzjoni jew il-grupp tiegħek jista' jingħaqad ukoll biex jorganizza kunċerti, konferenzi, jibgħat ittri ta' protesta lil dawk li jfasslu l-politka jew isibu modi oħra kif isemmgħu leħinhom. Kull ma trid tagħmel hu li tikkuntattja lil UNITED biex tikseb il-materjal li għandek bżonn.