Innutajna li qed tuża verżjoni antika tal-Microsoft Internet Explorer. Dan is-sit web huwa ottimizzat għal Internet Explorer verżjoni 9 jew aktar reċenti, għaldaqstant nitolbuk tikkunsidra li taġġorna l-brawżer tiegħek sabiex tkun tista' tgawdi l-aspetti kollha ta' dan is-sit. Żur is-sit ta' Microsoft http://www.microsoft.com biex tniżżel verżjoni aktar reċenti ta' Internet Explorer.

Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.


flag

Saħħa fiżika

Video: 

Marathon


Meta l-arja tiċċara

28% tal-popolazzjoni tal-UE tpejjep, inklużi 29% taż-żgħażagħ bejn il-15 u l-24 sena. Kważi l-użu kollu tat-tabakk jibda matul iż-żgħożija. Informa ruħek u lill-oħrajn dwar l-għażliet it-tajba!

It-tipjip għadu l-akbar kawża ta' mewt u mard li jistgħu jiġu evitati fl-UE.  Is-sigaretti fihom għadd ta' tossini u nikotina, droga li tivvizzja ħafna u li twassal biex bosta żgħażagħ, minn sigarett ta' darba fill jibdew ipejpu kuljum.
 

Tixtieq taqta' t-tipjip?

Jekk int żagħżugħ li tpejjep u qed taħseb li twaqqaf it-tipjip, agħti daqqa t'għajn lejn l-aħħar kampanja tal-Kummissjoni Ewropea Dawk li qatgħu t-tipjip ma jżommhom xejn. Toffri pariri prattiċi dwar kif twaqqaf it-tipjip b'għodda innovattiva, imsejħa iCoach. Din il-pjattaforma diġitali tas-saħħa tgħinek taqta' t-tipjip bir-ritmu tiegħek. L-iCoach hu bla ħlas u jinstab fi 23 lingwa uffiċjali tal-UE. Janalizza l-komportament tat-tipjip tiegħek u jipprovdilek parir personalizzat kuljum.

Ħafna pajjiżi ħolqu wkoll servizzi ta' għajnuna bit-telefown jew ċentri ta' għajnuna onlajn li jistgħu jgħinuk fi triqtek lejn futur bla sigaretti.  

 

Lest tgħin biex in-nies ikunu jafu aktar?

Fil-Jum Dinja Mingħajr Tabakk (kull sena fil-31 ta' Mejju) isiru inizjattivi u avveniment biex in-nies ikunu jafu aktar dwar l-effetti devastanti tat-tabakk minħabba mwiet u mard relatati mat-tabakk.  Tista' ssib materjal li jgħinek timpenja ruħek kontra t-tabakk.

 

It-tipjip u l-liġi

L-Unjoni Ewropea tirrakkomanda li l-età minima għat-tipjip tkun ta' 18-il sena. Bħalissa, 21 mis-27 pajjiż membru japplikaw dan il-limitu, u għadu ta' 16-il sena fl-Awstrija, l-Italja, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Belġju u l-Lussemburgu.

Biex jillimitaw l-esponiment għad-duħħan ta' dawk li ma jpejpux, għadd ta' pajjiżi tal-UE introduċew liġijiet stretti kontra t-tipjip li jipprojbixxu t-tipjip fil-postijiet tax-xogħol u l-postijiet pubbliċi, inklużi l-bars u r-ristoranti.

Il-mappa Smokefree mill-Partenarjat Kontra t-Tipjip turik fejn huma implimentati liġijiet nazzjonali kontra t-tipjip fl-Ewropa.