Innutajna li qed tuża verżjoni antika tal-Microsoft Internet Explorer. Dan is-sit web huwa ottimizzat għal Internet Explorer verżjoni 9 jew aktar reċenti, għaldaqstant nitolbuk tikkunsidra li taġġorna l-brawżer tiegħek sabiex tkun tista' tgawdi l-aspetti kollha ta' dan is-sit. Żur is-sit ta' Microsoft http://www.microsoft.com biex tniżżel verżjoni aktar reċenti ta' Internet Explorer.

Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.


flag

Saħħa mentali

A picture
© shutterstock.com - Nejron Photo

Lill-ibbuljar niqfulu

L-ibbuljar jista' jkun f'forma fiżika jew abbuż verbali, u normalment iseħħ fl-iskejjel. Taf x'għandek tagħmel jekk tisfa vittma tal-ibbuljar? Jew jekk tara lil ħaddieħor jiġi bbuljat?

Ir-raġunijiet l-iktar komuni għall-ibbuljar huma xi drabi l-apparenza, id-daqs tal-ġisem, l-orjentazzjoni sesswali u r-razza. Iżda l-ibbuljar ma jfissirx biss vjolenza fiżika; jinkludi wkoll kwalunkwe azzjoni maħsuba biex il-vittma tħossha ħażin. Eżempji jinkludu l-imbuttar, id-daqqiet, il-gambetti, il-laqmijiet, l-insulti, it-tixrid ta' xnigħat, u d-dannu fuq il-proprjetàjew is-serq tagħha.

 

X'tista' tagħmel?

Ħadd m'għandu jaċċetta li jiġi bbuljat, għalhekk jekk int vittma jew tara lil xi ħadd qed jiġi bbuljat, għandek titkellem. In-Netwerk Ewropew għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità joffri parir dwar kif tipprevjeni u tnaqqas l-ibbuljar fl-iskola.

Mod faċli hu billi tipparteċipa fil-jum kontra l-ibbuljar. Dan hu avveniment speċjali fejn il-pesuni mid-dinja kollha li jkunu ffirmaw “T-shirt tal-wegħda” speċjali jingħaqdu flimkien billi jilbsuh biex:

  • jibagħtu messaġġ b'saħħtu u bla vjolenza ta' reżistenza kontra l-bulis
  • jidentifikaw ruħhom mal-vittmi bħala sors ta' appoġġ u għajnuna
  • jiġbdu l-attenzjoni dwar l-effetti tal-ibbuljar, u jistimolaw lil dawk li jibqgħu passivi biex jieħdu azzjoni bħalhom.

L-azzjoni ssir fid-dinja kollha, b'T-shirts tal-wegħda u servizzi disponibbli għall-iskejjel u l-postijiet tax-xogħol f'25 pajjiż differenti. Kulma għandek tagħmel hu li tirreġistra onlajn.

S'issa, iktar minn 3,100 skola, post tax-xogħol u organizzazzjoni li jirrappreżentaw iktar minn miljun persuna ħadu POŻIZZJONI. Għalkemm il-moviment inbeda fl-Amerika ta' Fuq, malajr inxtered mad-dinja kollha.

 

L-ibbuljar barra l-iskola.

Xi drabi l-ibbuljar isir ukoll barra l-iskola, inkluż fuq l-internet. Jista' jiġri wara l-attivitajiet tal-iskola, waqt li tipparteċipa f'xi sport f'tim, id-dar, fit-triq u fil-post tax-xogħol.  Bl-ibbuljar fuq l-internet, il-bulis xi drabi jużaw l-sms, l-emails jew posts onlajn biex ixerrdu ritratti imbarazzanti, theddid u messaġġi offensivi.