Innutajna li qed tuża verżjoni antika tal-Microsoft Internet Explorer. Dan is-sit web huwa ottimizzat għal Internet Explorer verżjoni 9 jew aktar reċenti, għaldaqstant nitolbuk tikkunsidra li taġġorna l-brawżer tiegħek sabiex tkun tista' tgawdi l-aspetti kollha ta' dan is-sit. Żur is-sit ta' Microsoft http://www.microsoft.com biex tniżżel verżjoni aktar reċenti ta' Internet Explorer.

Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.


flag

Taħriġ

A picture
© shutterstock.com - baranq.jpg

Leonardo da Vinci – edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali

Qed issegwi edukazzjoni jew taħriġ vokazzjonali? Qed tfittex taħriġ relatat max-xogħol f'pajjiż ieħor? Mela Leonardo da Vinci jgħodd għalik.

Leonardo da Vinci jgħin l-istudenti, l-apprendisti u l-gradwati ġodda jmorru fuq skambji internazzjonali ma' negozji jew istituzzjonijiet ta' taħriġ.

Il-programm huwa miftuħ ukoll għall-professjonisti vokazzjonali u għal kull min qiegħed f'organizzazzjoni attiva f'dan il-qasam.

 

Kif tapplika

Biex tkun eleġibbli trid tkun qed tagħmel (jew tkun għadek kif iggradwajt minn) kors vokazzjonali jew tal-edukazzjoni għolja f'wieħed minn dawn il-pajjiżi parteċipanti:

  • Kwalunkwe pajjiż tal-UE
  • L-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, it-Turkija, l-Isvizzera, l-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina, il-Montenegro, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, is-Serbja

 

Din int? Mela kkuntattja uffiċjal tal-iskambji, jew l-uffiċċju Ewropew/Internazzjonali fl-istituzzjoni tiegħek.

 

L-applikazzjonijiet Leonardo jridu jintbagħtu minn organizzazzjonijiet, mhux individwi. Għal aktar dettalji, ikkuntattja l-aġenzija Leonardo f'pajjiżek.

 

"Dan l-iskambju biddilni għax tani l-opportunità nesperjenza realtà umana kompletament differenti u ppermettili nikber bħala persuna. Teoretikament, kont  tgħallimt xi jkun ix-xogħol soċjali, imma l-kuntatt ma' nies veri u problemi veri ta' integrazzjoni għallimni kompletament mill-ġdid. Permezz ta' din l-esperjenza, irnexxili ndaħħal ħafna għarfien ġdid fix-xogħol li għandi bħalissa."
Andreia Alves, mill-Portugall, studja x-xogħol soċjali u mar ir-Renju Unit fuq skambju.

 

 

Bħala parti mill-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja tal-Kummissjoni Ewropea, Leonardo da Vinci jiffinanzja wkoll tipi differenti ta' attivitajiet, inklużi proġetti għat-trasferiment jew l-iżvilupp ta' prattiki innovattivi u netwerks li jiffokaw fuq temi topiċi fit-tagħlim vokazzjonali.