Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

A picture
© shutterstock.com - Aaron Amat

L-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa realtà?

Anke fis-seklu 21 għad hawn l-inugwaljanzi bejn l-irġiel u n-nisa, speċjalment fis-suq tax-xogħol. In-nisa fl-UE jaqilgħu bħala medja 17% inqas mill-irġiel matul ħajjithom.

Matul dawn l-aħħar snin, l-UE għamlet ħafna xogħol favur l-ugwaljanza bejn is-sessi. issa iktar nisa jaħdmu, u għandhom aċċess aħjar għall-edukazzjoni u t-taħriġ. Il-Kummissjoni Ewropea għenet biex tippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi permezz tal-istrateġija għall-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa.

 

 

Il-Jum għall-Paga Indaqs

L-ewwel Jum għall-Paga Indaqs sar f'Marzu 2011, bl-għan li jkun hawn għarfien dwar id-differenzi fil-pagi tal-irġiel u n-nisa. Il-5 ta' Marzu kien il-jum fejn in-nisa kellhom jaqilgħu daqs kemm kienu jaqilgħu l-irġiel fl-2010, €64 iktar. Il-Jum għall-Paga Indaqs ġie mfakkar kull sena għal xi snin f'ħafna pajjiżi Ewropej.

"Il-Jum għall-Paga Indaqs ifakkarna f'kemm għad irid isir xogħol biex nagħlqu d-distakk bejn l-irġiel u n-nisa" qalet Viviane Reding (il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea u l-Kummissarju għall-Ġustizzja), li impenjat ruħha biex taħdem mal-gvernijiet tal-UE, in-negozji u t-trejdjunjins, "biex xi darba ma jkollniex bżonn iktar il-Jum għall-Paga Indaqs biex nimmarkaw id-differenzi fil-pagi bejn l-irġiel u n-nisa."
 

Ikkalkula d-distakk bejn l-irġiel u n-nisa fuq xogħlok.

 

Kif tikseb l-għajnuna

Qatt ħassejt li ma rnexxilekx issib xogħol minħabba s-sess tiegħek? Jew rajt lil xi ħadd jiġi trattat b'mod differenti minħabba s-sess tiegħu?  Ikkuntattja lill-entità nazzjonali għall-ugwaljanza bejn is-sessi u sib kif il-liġi tal-UE tista' tiddefendi l-każ tiegħek.

Jekk qed taħseb li tiftaħ negozju, l-inizjattiva Equality Pays Off tista' tgħinek issib il-ħiliet li għandek bżonn min-nisa fis-suq tax-xogħol. Tipprovdik ukoll b'modi kif taqsam il-prattiki tajbin mal-oħrajn biex tattira, iżżomm u tiżviluppa l-aqwa talenti u tnaqqas id-differenzi fil-pagi tal-irġiel u n-nisa.