Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

Girl backpacking
© shutterstock.com - Maridav

L-ivvjaġġar fl-Ewropa

Qabel ma tmur fuq vjaġġ, jeħtieġlek tippjanah: iċċekkja l-kards ta' roħs, il-gwidi tal-ivvjaġġar u l-portals tal-ivvjaġġjar.

Portals tal-ivvjaġġar

Il-websjat l-Ewropa Tiegħek jagħtik bosta informazzjoni biex tibda tippjana l-vjaġġ tiegħek: dettalji prattiċi dwar id-dokumenti neċessarji, drittijietek bħala passiġġier fl-Unjoni Ewropea, x'tista' tieħu miegħek waqt il-vjaġġ, kif tittratta ma' kwistjonijiet ta' flus u kif ma tiltaqax ma' perikoli waqt il-vjaġġ tiegħek.

 

Visit Europe jgħinek tiskopri  l-għażliet tat-trasport Ewropej, bħan-netwerks tal-linji tal-ferroviji, l-għażliet ta' kruż u kumpaniji tal-ajru. Tista' tiskopri wkoll l-aħjar attivitajiet ta' divertiment, sew jekk tippreferi l-parties, il-kultura jew in-natura u tixxerja l-vjaġġ tiegħek jew taqra l-istejjer tal-ivvjaġġar ta' persuni oħrajn mal-Ewropa kollha.

 

Let's Go, gwida tal-ivvjaġġar miktub kollu kemm hu mill-istudenti għall-istudenti, tiġbor fiha 53 sena ta' informazzjoni ta' min joqgħod fuqha dwar kif tippjana l-vjaġġ tiegħek. Iċċekkja l-apps bla ħlas li juru vjaġġi b'passiġġati tematiċi f'postijiet mhux daqstant frekwentati fl-isbaħ bliet Ewropej.

 

Ivvjaġġa u ffranka

Il-baġit hu parti importanti ħafna ta' kwalunkwe vjaġġ u se tkun kuntent li ssir taf li jeżistu kards li jagħmlulek butek jiflah għall-vjaġġ tiegħek:

  • European Youth Card: jekk int taħt it-30 sena, iċċekkja s-60 000 roħs li din il-kard tista' toffrilek. Fittex il-mappa Ewropea u sib  ir-roħs fuq l-attivitajiet kulturali, il-ħwienet, it-trasport, ir-restoranti u l-akkomodazzjoni.
  • ISIC Card: jekk int student, din l-ID kard rikonoxxuta internazzjonalment tista' takkwistalek roħs fuq l-ivvjaġġar, il-mużewijiet u l-attrazzjonijiet turistiċi ewlenin mad-dinja kollha. Iċċekkja fejn tista' takkwista l-kard tiegħek u taċċessa r-roħs f'madwar 125 000 lokal kważi f'130 pajjiż.

 

Gwidi tal-Ivvjaġġar

Illum il-ġurnata ma għandekx għalfejn iġġorr miegħek ktieb tqil matul il-vjaġġ tiegħek; b'dawn il-verżjonijiet kollha onlajn jeħtieġlek biss li tagħżel l-aħjar waħda għal vjaġġ tiegħek:

  • BUG backpackers’ guide: jekk qed tippjana biex tivvjaġġa bħala backpacker, għandu mnejn ikun jeħtieġlek tiċċekkja dwar it-trasport, id-destinazzjonijiet u l-hostels mal- Ewropa, biex torganizza aħjar l-avventura tal-ħajk tiegħek.
  • Lonely Planet: Għandu mnejn diġà taf dwar il-verżjoni stampata: fittex skont il-pajjiż biex tara  kif tasal fih, kif tiċċaqlaq minn post għal ieħor u x'għandek iżżur meta tasal.
  • Rough Guide: komunità mad-dinja kollha fejn tista' taqsam l-esperjenzi tiegħek dwar l-ivvjaġġar.
  • World travel guide: din tinkludi gwidi tal-pajjiż u tal-ibliet, l-affarijiet li tista' tara u tagħmel, kif ukoll informazzjoni speċjali dwar d-destinazzjonijiet tal-iski u tal-krużis.