Innutajna li qed tuża verżjoni antika tal-Microsoft Internet Explorer. Dan is-sit web huwa ottimizzat għal Internet Explorer verżjoni 9 jew aktar reċenti, għaldaqstant nitolbuk tikkunsidra li taġġorna l-brawżer tiegħek sabiex tkun tista' tgawdi l-aspetti kollha ta' dan is-sit. Żur is-sit ta' Microsoft http://www.microsoft.com biex tniżżel verżjoni aktar reċenti ta' Internet Explorer.

Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.


flag

Il-komunità tiegħek

A picture
© shutterstock.com - Tom Wang

L-inklużjoni tar-Roma

Hemm madwar 10 u 12-il miljun persuna Roma fl-Ewropa u ħafna minnhom huma ċittadini tal-UE. Madankollu, ilhom iħabbtu wiċċhom għal ġenerazzjonijiet sħaħ mad-diskriminazzjoni soċjali u istituzzjonali.

Ir-Roma huma l-ikbar u l-iktar minorità antika fl-Ewropa u għal aktar minn elf sena, kienu parti integrali miċ-ċivilizzazzjoni Ewropea. Iżda llum il-ġurnata, huma wkoll il-grupp etniku li l-iktar isofri minn livelli għoljin ta' faqar u mill-esklużjoni soċjali fl-Ewropa tal-Punent, tal-Lvant, u Ċentrali. Ir-Roma għadhom esklużi milli jipparteċipaw bis-sħiħ fil-ħajja ekonomika, soċjali, politika u kulturali u milli jgawdu mil-livell tal-għajxien u l-benessri li huma meqjusa normali fis-soċjetà li ngħixu fiha.

 

Min huma r-Roma?

Ir-Roma huwa poplu Ewropew ta' oriġini Indjana. L-antenati tagħhom telqu mill-Ganges madwar 800 sena ilu. Illum jgħixu madwar id-dinja kollha, iżda l-iktar fl-Ewropa.

"Personalment, inqis ruħi l-ewwel nett bħala persuna, imbagħad bħala ċittadin Serb b'oriġini Roma. L-ewwel nett aħna persuni, imbagħad ċittadini, imbagħad Ewropej: Taħlix ħinek toħloq il-preġudizzji; Hemm affarijiet interessanti oħra x'tista' tagħmel u x'tiskopri fil-ħajja!"
Djordje Jovanovic, ċittadin Serb b'oriġini Roma

 

Għaxar snin ta' Inklużjoni tar-Roma

Mill-2005 sal-2015, l-inizjattiva L-Għaxar Snin ta' Inklużjoni tar-Roma tirrappreżenta impenn politiku mill-gvernijiet Ewropej biex itejbu l-istatus u l-inklużjoni soċjali tar-Roma. L-inizjattiva tgħaqqad lill-gvernijiet, l-organizzjonijiet intergovernattivi u mhux governattivi, kif ukoll lis-soċjetà ċivili tar-Roma. L-għanijiet ewlenin ta' din l-inizjattiva huma: l-edukazzjoni, ix-xogħol, is-saħħa u l-akkomodazzjoni.

 

Boroż ta' studju – Fondi għall-Edukazzjoni tar-Roma

Il-borża ta' studju tal-Fond għall-Edukazzjoni tar-Roma hu bbażat fuq il-mertu u jingħata għal sena akkademika (bil-possibbiltà li jiġġedded) lil studenti Roma li jkunu qed jistudjaw għal Lawrja, Master's jew Dottorat.

L-għan tal-borża ta' studju hu l-promozzjoni tal-mobilità akkademika tal-istudenti Roma u l-appoġġ għall-integrazzjoni akkademika tagħhom fil-livell internazzjonali.

Biex issib kif tapplika, u meta huma l-iskadenzi li jmiss żur il-paġna tal-borża ta' studju

 

Ingħaqad maż-żgħażagħ Roma

Jekk int żagħżugħ Roma jew sempliċiment tixtieq tgħin il-kawża tagħhom, in-netwerk Internazzjonali tar- Roma jiġbor flimkien l-organizzazzjonijiet mill-pajjiżi bl-ikbar popolazzjoni Roma. Ara hemmx waħda f'pajjżiek.