You are here

flag

Pubblikat: 30/04/2013 15:03

L-ibbuljar fuq l-internet: Meta l-ibbuljar isir onlajn

Bl-użu tal-mowbajls u l-internet fuq bażi regolari fost iż-żgħażagħ, l-ibbuljar fuq l-internet żdied fis-snin reċenti. Trid tkun taf kif tiġġieled kontrieh u kif tista' tevitah?

A picture

© shutterstock.com - Pressmaster

L-ibbuljar fuq l-internet iseħħ meta ż-żgħażagħ jiġu minbuxin, imġegħlin jibżgħu, umiljati, iffastidjati, imdejqin, imbarazzati, mhedda jew attakkati minn żgħażagħ oħra billi jużaw l-email, il-messaġġi, iċ-chat rooms, il-mowbajls, il-midja soċjali jew sorsi oħra tat-teknoloġija. Meta jkunu involuti l-adulti, dan isir fastidju jew insegwiment fastidjuż fuq l-internet peress li l-ibbuljar fuq l-internet isir biss bejn il-minorenni.

 

Il-ġlieda kontra l-ibbuljar fuq l-internet

Il-Kunsill tal-Ewropa nieda Young People Combating Hate Speech On-line biex jiġġieled kontra r-razziżmu u d-dikriminazzjoni fiċ-ċiberspazju. Bejn l-2012 u l-2014 iż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ se jkollhom l-opportunità li jitħarrġu biex jirrikonoxxu dawn is-sitwazzjonijiet u jaġixxu kontriehom. Il-proġett, li hu ffukat fuq kors u kampanja onlajn, jiffavorixxi l-azzjoni u l-interventi.

 

Azzjoni offlajn

L-ibbuljar fuq l-internet hu realtà, iżda hemm bosta affarijiet li tista' tagħmel biex tieħu azzjoni kontrieh fid-dinja offlajn. Stop Cyber Bullying toffrilek għodda fejn tista' ssib ħafna informazzjoni dwar kif tista' tevita u tiġġieled kontra l-ibbuljar fuq l-internet, fl-iskola jew fil-komunità tiegħek.

 

Ipproteġi ruħek

Jista' jkun diffiċli li taħrab l-ibbuljar fuq l-internet, peress li l-internet hu disponibbli l-ħin kollu u l-vittmi ma jistgħux sempliċiment jitfu l-kompjuter jew il-mowbajl biex iwaqqfuh. Ins@fe jipprovdilek serje ta' pariri dwar kif tista' tipproteġi ruħek onlajn, pereżempju billi żżomm il-profil tan-netwerk soċjali tiegħek privat jew billi tiżgura li ma żżidx persuni li ma tafx jew li ma tafdax.