Innutajna li qed tuża verżjoni antika tal-Microsoft Internet Explorer. Dan is-sit web huwa ottimizzat għal Internet Explorer verżjoni 9 jew aktar reċenti, għaldaqstant nitolbuk tikkunsidra li taġġorna l-brawżer tiegħek sabiex tkun tista' tgawdi l-aspetti kollha ta' dan is-sit. Żur is-sit ta' Microsoft http://www.microsoft.com biex tniżżel verżjoni aktar reċenti ta' Internet Explorer.

Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.


flag

Is-servizzi tiegħek

A picture
© fotolia.com - olly

L-Ewropa Tiegħek – il-ħajja, ix-xogħol u l-ivvjaġġar fl-UE

Qed taħseb dwar x'formalitajiet se jkollok tgħaddi minnhom meta ġġorr f'pajjiż ieħor tal-UE? Trid tirreġistra? Tista' titlob il-benefiċċji? X'jiġri jekk titħassar it-titjira tiegħek? F'L-Ewropa Tiegħek issib it-tweġiba!

Il-websajt L-Ewropa Tiegħek hi mimlija informazzjoni u pariri dwar il-ħajja, ix-xogħol u l-ivvjaġġar fl-UE, u jekk ikollok mistoqsija dwar drittijietek fl-UE, il-Pariri tal-Ewropa Tiegħek hu tim ta' esperti legali indipendneti li jistgħu:

  • jipprovdu parir bla ħlas u personalizzat bil-lingwa tiegħek, fi żmien ġimgħa
  • jiċċaraw liema liġi ta' liema pajjiż tapplika għalik
  • jispjegawlek kif teżerċita drittijietek fl-UE

 

Agħmel il-mistoqsija tiegħek

Għandek żewġ għażliet:

  1. onlajn permezz tal-formola fuq l-internet
  2. bit-telefown lil Europe Direct, billi ċċempel fuq 00800 6 7 8 9 10 11 bla ħlas kull fejn tkun fl-UE

Qabel ma tibgħat il-mistoqsija tiegħek, għandek tiċċekkja b'liema mistoqsijiet jista' jgħinek il-websajt L-Ewropa Tiegħek.

 

Stejjer ta' suċċess

Il-Pariri tal-Ewropa Tiegħek għandu tim multilingwi ta' 50 avukat li jittrattaw iktar minn 12,000 mistoqsija kull sena:

  • 'Grazzi għall-għajnuna tagħkom irnexxilna niksbu lura €429 mill-operatur tat-telefown tagħna.' (Ċittadini Brittanika fi Franza)
  • 'Kelli bżonn tweġiba legali iżda mhux teknika ħafna u rċevejtha.' (Persuna minn Marsilja)
  • 'Bil-parir tagħkom irnexxili nitlob għall-benefiċċji tal-familja fl-Awstrija.' (Ċittadin Pollakk impjegat l-Awstrija)
  • Mara Brittanika trid tivvjaġġa mar-raġel tagħha li mhuwiex ċittadin tal-UE minn pajjiż tal-UE għal ieħor, fejn għandha dar – iżda qed ikollha diffikultajiet biex tikseb viża għalih. Grazzi għall-parir mill-Pariri tal-Ewropa Tiegħek, ir-raġel tagħha issa jista' jivvjaġġa mingħajr ħafna formalitajiet.
  • Raġel Awstrijakk b'diploma ta' dentist mir-Renju Unit qalulu li ma jistax jiftaħ in-negozju tiegħu fl-Awstrija. Il-Pariri tal-Ewropa Tiegħek infurmawh bil-formalitajiet rilevanti u d-dokumenti li jrid juri, u għenuh biex imur għand l-awtorità Awsrijaka li tista' tgħinu aktar.