Innutajna li qed tuża verżjoni antika tal-Microsoft Internet Explorer. Dan is-sit web huwa ottimizzat għal Internet Explorer verżjoni 9 jew aktar reċenti, għaldaqstant nitolbuk tikkunsidra li taġġorna l-brawżer tiegħek sabiex tkun tista' tgawdi l-aspetti kollha ta' dan is-sit. Żur is-sit ta' Microsoft http://www.microsoft.com biex tniżżel verżjoni aktar reċenti ta' Internet Explorer.

Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.


flag

Skopri d-Dinja

A picture
© shutterstock.com - Roxana Gonzalez

L-Euro-Med tgħaqqadkom flimkien

Qatt ħsibt li toħloq rabtiet bejn l-NGO tiegħek u msieħeb fl-Afrika ta' Fuq, fit-Turikja jew fil-Lvant Nofsani? Il-pjattaforma Euro-Med se tgħinek issib organizzazzjonijiet li jistgħu jissieħbu miegħek għal proġetti taż-żgħażagħ u esperjenzi ta' skambju.

Ibda issa!

Ingħaqad mal-pjattaforma tal-Ewropa u tal-Mediterran bħala organizzazzjoni msieħba, u żomm kuntatt mal-imsieħba l-oħra minn kwalunkwe wieħed mill-35 pajjiż fil-Partenarjat Ewro-Mediterranju.Join the Euro-Med programme B'dan il-mod, NGOs oħra jkunu jistgħu jsibuk ukoll.

L-għan prinċipali tal-Pjattaforma taż-Żgħażagħ Euro-Med hu li jgħaqqad lil NGOs minn żewġ reġjuni flimkien biex joħolqu netwerk u jaqsu l-esperjenzi tagħhom ma' xulxin.

 

X'qed jiġri?

Serap Yetermit mit-Turkija tgħid,

Jien nemmen li billi nuru liż-żgħażagħ [fit-Turkija] li hemm affarijiet oħra lil hinn mill-ħajja u x-xogħol ta' kuljum tagħna jista' jtejjeb ħajjitna għax insiru nafu nies minn pajjiżi, kulutri u reliġonijiet oħra, u nirrealizzaw li nistgħu ngħixu u naħdmu flimkien għal futur aħjar. [It-Turkija] tinsab f'salib it-toroq bejn l-Asja u l-Ewropa u ż-żgħażagħ fit-Turkija għandhom ħafna affirijiet komuni ma' żgħażagħ oħra fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u fil-pajjiżi tal-Mediterran.