Innutajna li qed tuża verżjoni antika tal-Microsoft Internet Explorer. Dan is-sit web huwa ottimizzat għal Internet Explorer verżjoni 9 jew aktar reċenti, għaldaqstant nitolbuk tikkunsidra li taġġorna l-brawżer tiegħek sabiex tkun tista' tgawdi l-aspetti kollha ta' dan is-sit. Żur is-sit ta' Microsoft http://www.microsoft.com biex tniżżel verżjoni aktar reċenti ta' Internet Explorer.

Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.


flag

Multikulturaliżmu

A picture
© iStockphoto.com - franckreporter

L-appoġġ lill-kultura Mediterranja

L-għotja ta’ flus Marc de Montalembert tappoġġa proġetti li jagħmluha possibbli għal żgħażagħ minn pajjiżi tal-Mediterran li jiskopru d-diversità ta' kulturi Mediterranji oħrajn u li jiżviluppaw is-sens tad-diversità u tar-rikkezza tagħhom.

Il-Fondazzjoni Marc de Montalembert għandha l-għan li tippromwovi l-komprensjoni kulturali fost il-ġenerazzjonijiet u tinkuraġġixxi d-djalogu interkulturali fid-dinja tal-Mediterran. Kull sena, il-Fondazzjoni tagħti għotja ta' flus lil żgħażagħ mir-reġjun tal-Mediterran biex jimplimentaw proġetti interkulturali.

 

Tista' tapplika?

Iva, jekk għadek ma għalaqtx 30 sena, ġej minn pajjiż Mediterranju u tixtieq timplimenta proġett interkulturali oriġinali li hu skont l-għażliet vokazzjonali tiegħek. Biex tapplika, għandek tressaq proposta dwar proġett ta' studju fil-qasam kulturali tal-għażla tiegħek.

 

Kif tapplika?

Is-sejħa għall-applikazzjonijiet tiftaħ kull sena fl-1 ta’ Ottubru u għandek tapplika sal-31 ta’ Diċembru. Żomm f’moħħok li l-formoli ta' applikazzjoni għandhom jintalbu sal-15 ta' Diċembru. Jekk tingħata l-għotja, tiġi mistieden/mistiedna biex tirċiviha f’Rodi fil-25 ta’ April.

Tingħata sena biex tikteb rapport dwar it-tagħrif u l-esperjenza li tkun akkwistajt matul iż-żmien kollu tal-proġett tiegħek. Dan jista’ jinkiteb jew jiġi espress fi kwalunkwe forma li tista’ tiġi ppubblikata u distribwita. Tista’ wkoll toqgħod għal sitt xhur fil-kwartieri tal-Fondazzjoni f’Rodi biex tipprepara dan ix-xogħol.

 

Informazzjoni ta’ sfond

Mill-1994 sal-2012 ngħataw l-għotja wieħed u għoxrin proġett minn oqsma differenti, b’konnessjoni mal-kitba, l-arkitettura, il-kant, il-fotografija, il-mużika, l-etnografija u l-istorja tal-arti.

Fl-2010, il-Fondazzjoni bdiet tippreżenta l-Premju Marc de Montalember, b’assoċjazzjoni mal-Institut National d’Histoire de l’Art f’Pariġi. Kull sena, dan il-premju jingħata lill-studjuż/a żagħżugħ/a Mediterranju/a għar-riċerka fl-istorja tal-arti fir-reġjun.