Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

Backpackers
© Flickr - garryknight

L-akkomodazzjoni għal żmien qasir fl-Ewropa

Għandek il-vjaġġ ippjanat: il-bagalji ppakkjati, il-biljetti bbukkjati, xi tgħid dwar l-akkomodazzjoni? Iċċekkja diversi għażliet għal akkomodazzjoni li taffordja matul il-vjaġġ tiegħek.

Hostels

Il-hostels huma alternattiva tajba għal-lukandi meta tkun qed tfittex akkomodazzjoni li taffordja tħallasha. Tista' tara hawn taħt lista ta' websajts ta' hostels popolari:

  • European Hostels: fittex għall-aħjar u l-orħos sodod fil-belt li qed iżżur. F'dan is-sit tista' ssib ukoll xi pariri utli.
  • European Hostel Guide: gwida li tipprovdi informazzjoni dwar  il-hostels kollha mal-Ewropa kollha, b'ritratti u b'links għall-websajts tal-hostels.
  • Hostel World: fittex u bbukkja hostels mad-dinja kollha biex issib l-aħjar offerti. Iċċekkja wkoll l-opinjonijiet dwar il-hostels u t-taqsima tal-gwidi tal-akkomodazzjoni rħisa u l-pariri għall-ivvjaġġar.
  • Hostels.com: b'35 000 hostel li tista' tagħżel minnhom, kemm tagħżel id-destinazzjoni tiegħek u tibda. Tinsiex tagħti titwila malajr lejn il-gwidi tal-belt u l-paġni b'artikli dwar l-ivvjaġġar.
  • Hostelling International: il-youth hostels huma mezz fantastiku biex issir taf pajjiż bi prezz baxx. Fittex fost l-4 000 youth hostel u aktar mad-dinja kollha.
  • Hostel Bookers: ibbukkja l-youth hostel jew il-lukanda rħisa tiegħek minn 3 500 destinazzjoni mad-dinja kollha. Iċċekkja wkoll il-blog tal-ivvjaġġar, il-listi ta' spirazzjoni tal-ivvjaġġar u l-gwidi tad-destinazzjonijiet għal pariri dwar kif tieħu l-aħjar li tista' mill-vjaġġ tiegħek.

 

Ikkampjar

Jekk tippreferi li tkun f'kuntatt viċin tan-natura, l-ikkampjar jista' jkun għażla tajba u rħisa għalik.

  • EuroCampings: akkwista informazzjoni dettaljata dwar is-siti tal-kampijiet sabiex tkun tista' tikkampja bil-galbu mal-Ewropa kollha. Fittex skont il-pajjiż, ir-reġjun, il-post, l-isem u l-faċilitajiet tas-sit tal-kampijiet.
  • Interhike: parir għall-ikkampjar u l-iħħajkjar għal pajjiżi mal-Ewropa kollha, kemm tuża l-mappa biex issib is-siti tal-kampijiet fiż-żona li tagħżel.

 

Kiri u sottokiri ta' flett

Jekk tippreferi ambjent aktar komdu, tista' tikri kamra jew flett sħiħ u anki tgħaddi l-kera tiegħek lil ħaddieħor waqt li tkun qed tivvjaġġa.

  • Airbnb: minn appartamenti u kmamar għal djar fis-siġar u dgħajjes, ikri spazju għalik f'aktar minn 34 000 belt u192 pajjiż. Tista' tikri wkoll l-appartament tiegħek meta tkun qed tivvjaġġa u forsi tnaqqas l-ispejjeż tal-vjaġġ tiegħek.

 

Tpartit ta' djar

Jekk għandek moħħok miftuħ u lest li tirċievi mistednin f'darek, allura tista' wkoll toqgħod bla ħlas fid-dar ta' xi ħaddieħor għal ftit tal-ġranet.

  • Belodged.com: komunità onlajn fejn tista' ssir membru ospitanti biex tfittex akkomodazzjoni bla ħlas f'dar ta' membru ieħor jew sempliċement tfittex pariri dwar l-ivvjaġġar għad-destinazzjoni li jmiss li għandek f'moħħok.
  • Hospitality Club: issieħeb mal-klabb biex tiltaqa' ma' nies minn tagħna u ssib akkomodazzjoni bla ħlas mad-dinja kollha.
  • Couchsurfing: sib persuni lokali li lesti jilqgħuk f'aktar minn 100 000 belt mad-dinja kollha, sir persuna li lesta tilqa' għandek in-nies billi tiftaħ darek għall-vjaġġaturi jew kemm tiskopri mill-ġdid lil beltek billi tiltaqa' ma' vjaġġaturi u nies tal-lokal waqt avvenimenti fl-inħawi tiegħek.
  • Knok: ivvjaġġa u ogħqod bla ħlas f'aktar minn 30 000 dar, f'159 pajjiż. Inkluża l-assigurazzjoni tad-dar.

   

Jekk xejn ma jirnexxi, għandek titjira li titlaq kmieni filgħodu jew waqfa fit-tul, jew sempliċement tixtieq iżżid ftit avventura mal-vjaġġ tiegħek, tista' tqatta' l-lejl fl-ajruport? Il- Guide to Sleeping in Airports dan fih opinjonijiet, irrejtjar tal-aħjar u l-agħar ajruportijiet li tista' torqod fihom u gwida dwar x'għandek tagħmel biex torqod fl-ajruportijiet.