You are here

flag

Pubblikat: 07/05/2013 11:42

Kun voluntier madwar id-dinja

Qed taħseb li tixtieq tgħin mhux biss fl-Ewropa, iżda anke iktar 'il bogħod? Tħobb tkun man-nies u tiskopri kulturi ġodda? Dawn il-websajts se jiftħulek għajnejk għal bosta opportunitajiet internazzjonali għal xogħol ta' volontarjat madwar id-dinja.

A picture

© iStockphoto.com - MissHibiscus

Bis-saħħa tal-volontarjat tiltaqa' ma' nies, kulturi u ħiliet ġodda filwaqt li tgħin lill-oħrajn. L-esperjenza internazzjonali li tikseb mill-volontarjat barra minn pajjiżek tista' twasslek ukoll għal opportunitajiet ta' karriera li tieħdok madwar id-dinja kollha!

 

Fejn tfittex

Eurodesk – opportunitajiet ta' volontarjat għaż-żgħażagħ li jiffukaw fuq il-mobilità, l-edukazzjoni, il-kultura u ħafna aktar. Fittex proġetti fl-Ewropa kollha fil-lingwa tiegħek!

Global Voluntary Development Association Interessat fil-ħarsien tan-natura u l-iżvilupp tal-komunità? Tixtieq avventura bi vjaġġ mimli azzjoni u opportunità biex tagħmel differenza tassew?

Global Volunteers Opportunitajiet ta' volontarjat għal perjodi qosra jew twal għal ħidma fuq proġetti li jiffukaw fuq il-benessri tat-tfal li jinsabu f'riskju għoli fid-dinja.

Global Volunteer Network – Biex tieħu ħsieb tal-orfni fil-Vjetnam, tgħallem l-Ingliż f'Kosta Rika, tiġġieled kontra l-HIV/AIDS fir-Rwanda jew tħares il-bijodiversità fil-Gżejjer Galapagos – għadd ġmielu ta' proġetti li jistgħu jgħoddu għalik.

Volunteer Action Counts – Din l-organizzazzjoni tagħti vuċi waħda lill-voluntiera biex tgħarraf u tfakkar il-ħidma li qed issir. Aqra l-istejjer u aqsam l-esperjenza tiegħek.

World Heritage VolunteerKun voluntier man-NU biex tippreserva s-siti tal-wirt dinji. Proġetti għal perjodi qosra.

World Volunteer Web Aħbarijiet, opinjonijiet u riżorsi għall-voluntiera. Lista estensiża ta' organizzazjonijiet li joffru opportunitajiet ta' volontarjat fid-dinja kollha.

World Wide Helpers – Ħafna informazzjoni dwar proġetti li ma jqumux ħafna flus, biex flusek, ħinek u l-enerġija tiegħek imorru direttament għand in-nies li tixtieq tgħin.

WWF Youth Volunteer Programme – Il-World Wide Fund for Nature imexxi programm internazzjonali ta' volontarjat għal proġetti ta' konservazzjoni u tal-ambjent f'pajjiżi bħall-Madagaskar, il-Paragwaj, il-Peru, il-Fiġi u l-Butan.

 

"Forsi cliché li se ngħid, imma nħoss li nirċievi iktar milli nagħti. Il-volontarjat b'dan il-mod jagħtik perspettiva fil-kultura li ma jirnexxilekx tikseb bħala turist. Tgħix man-nies, tmur f'darhom u titħallat mal-għalliema. Tinduna li għandek affarijiet komuni man-nies li qed taħdem magħhom. Hi tabilħaqq ġlieda favur il-paċi permezz tal-ġustizzja fid-dinja."
Joan McGuinness, Voluntier għall-għaxar darba