Innutajna li qed tuża verżjoni antika tal-Microsoft Internet Explorer. Dan is-sit web huwa ottimizzat għal Internet Explorer verżjoni 9 jew aktar reċenti, għaldaqstant nitolbuk tikkunsidra li taġġorna l-brawżer tiegħek sabiex tkun tista' tgawdi l-aspetti kollha ta' dan is-sit. Żur is-sit ta' Microsoft http://www.microsoft.com biex tniżżel verżjoni aktar reċenti ta' Internet Explorer.

Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.


flag

Saħħa fiżika

A picture
© shutterstock.com - iko

Kun f'saħħtek – Kun Int Innifsek: l-UE u s-Saħħa taż-Żgħażagħ

L-attivitajiet tal-UE dwar is-Saħħa taż-Żgħażagħ huma maħsuba biex jgħinu l-gvern, l-NGOs u atturi oħrajn ta' pajjiżek jieħdu azzjoni biex itejbu s-saħħa tiegħek u ta' sħabek. Iżda wasal ukoll iż-żmien li int tinvolvi ruħek billi tagħmel għażliet responsabbli dwar l-istil tal-ħajja tiegħek.

L-attenzjoni tal-UE għas-saħħa taż-żgħażagħ hi element importanti tal-Istrateġija tal-UE dwar is-Saħħa.  Ma titħajjarx tinvolvi ruħek? Int l-iktar attur importanti biex ittejjeb saħħtek!

 

L-Inizjattiva tal-UE dwar is-Saħħa taż-Żgħażagħ

Fl-2008, il-Kunsill tal-UE adotta Riżoluzzjoni dwar is-Saħħa u l-Benessri taż-Żgħażagħ li uriet l-importanza tal-promozzjoni tas-saħħa u l-benessri taż-żgħażagħ fl-Ewropa.

 

Fl-2009, il-Kummissjoni Ewropea nediet l-Inizjattiva dwar is-Saħħa taż-Żgħażagħ bl-għan ewlieni li tinvolvi liż-żgħażagħ fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar saħħithom u biex tistimola impenn mill-partijiet interessati biex itejbu s-saħħa taż-żgħażagħ. Il-konferenza Kun f'Saħħtek – Kun Int Innifsek, organizzata mill-Forum Ewropew għaż-Żgħażagħ abbozzat strateġija b'azzjonijiet li jippromwovu s-saħħa taż-żgħażagħ.

 

Attivitajiet tal-UE dwar is-Saħħa taż-Żgħażagħ

Il-Kummissjoni għandha attivitajiet differenti dwar kwistjonijiet relatati mas-saħħa taż-żgħażagħ, iżda f'termini ġenerali tista' tieħu vantaġġ minn dawn it-tlieta:

Il-Portal tas-Saħħa tal-UE - żgħażagħ fih informazzjoni dwar kwistjonijiet relatati mas-saħħa u attivitajiet fl-Ewropa u barra l-Ewropa u dwar il-programmi tal-UE dwar is-saħħa pubblika.

Il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea tgħinek tiffranka l-ħin, il-problemi u l-flus jekk timrad jew ikollok aċċident barra minn pajjiżek.

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa/Ewropa - is-saħħa tat-tfal u l-adoloxxenti twissi liż-żgħażagħ kontra l-perikli tal-konsum tal-alkoħol, l-użu tad-drogi illegali u t-tabakk, is-sess bla protezzjoni, il-vjolenza u l-korrimenti.

 

L-istrateġija tal-UE għaż-żgħażagħ u s-saħħa

Ħafna mill-problemi tas-saħħa li ż-żgħażagħ jiffaċċaw iktar tard bħala adulti, bħall-mard tal-qalb, id-dijabete, l-attakki ta’ puplesija, il-kanċer u l-problemi mentali, jibdew fl-età tat-tfulija u tal-adolexxenza. Hu għalhekk li, fost iż-żgħażagħ, is-saħħa għandha titqies fl-usa' sens possibbli, skont id-definizzjoni tas-saħħa tad-WHO: "Is-saħħa mhix biss in-nuqqas ta' mard, iżda qagħda ta' benessri fiżika, psikoloġika u soċjali sħiħa".

Għall-UE, il-kunċett tas-saħħa taż-żgħażagħ ikopri l-kapaċità fiżika, il-funzjonament psikoloġiku, ir-relazzjonijiet soċjali u l-potenzjal ambjentali (pereżempju, opportunitajiet biex jinkisbu informazzjoni u ħiliet ġodda, possibbiltajiet ta' attivitajiet ta' divertiment jew l-ambjent fiżiku).