Innutajna li qed tuża verżjoni antika tal-Microsoft Internet Explorer. Dan is-sit web huwa ottimizzat għal Internet Explorer verżjoni 9 jew aktar reċenti, għaldaqstant nitolbuk tikkunsidra li taġġorna l-brawżer tiegħek sabiex tkun tista' tgawdi l-aspetti kollha ta' dan is-sit. Żur is-sit ta' Microsoft http://www.microsoft.com biex tniżżel verżjoni aktar reċenti ta' Internet Explorer.

Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.


flag

Drittijietek

Video: 

The 30 Articles of Human Rights


Kun af id-drittijiet bażiċi tiegħek

Id-drittijiet tal-bniedem huma ta' kulħadd, irrispettivament min-nazzjonalità, ir-residenza, l-oriġini nazzjonali jew etnika, il-kulur tal-ġilda, l-orjentazzjoni sesswali, il-lingwa, jew kwalunkwe kriterji oħra.

Dawn id-drittijiet huma mniżżlin fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, approvata iktar minn 60 sena ilu. Ta' min taqraha d-Dikjarazzjoni. Li tkun taf id-drittijiet tal-bniedem hu l-ewwel pass biex tippromovihom u tiddefendihom.

 

Id-Dikjarazzjoni Universali ġiet aċċettata minn kważi l-istati kollha u hu l-iktar dokument tradott fid-dinja. Tista' ssibu f'iktar minn 380 lingwa u djalett.

 

Il-Jum favur id-Drittijiet tal-Bniedem

Id-Dikjarazzjoni Universali kienet adottata fl-10 ta' Diċembru 1948, u minn dakinhar il-Jum favur id-Drittijiet tal-Bniedem ġie ċċelebrat fid-dinja kollha f'dik id-data. Il-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem għandu rwol importanti biex jikkoordina l-isforzi għall-Jum Favur id-Drittijiet tal-Bniedem.

 

Aħdem favur id-drittijiet tal-bniedem

Amnesty International tiddefendi lin-nies li d-drittijiet tagħhom ma jiġux irrispettati fid-dinja. Int tista' tgħin billi tingħaqad magħhom; bħala membru, tibda tirċievi emails dwar il-kampanji tad-drittijiet tal-bniedem u dwar opportunitajiet fejn tista' tieħu azzjoni. Tista' ssir voluntier u tappoġġa inizjattivi lokali. Sib jekk hemmx Uffiċċju tal-Amnesty International fejn tgħix.

Jekk int interessat f'karriera fid-drittijiet tal-bniedem, il-Human Rights Watch joffri opportunitajiet ta' apprendistati (il-biċċa l-kbira mhux imħallsa) f'ħafna uffiċċji ta' organizzazzjonijiet madwar id-dinja. Sib il-pożizzjoni li tinteressak l-aktar u applika.