You are here

flag

Pubblikat: 29/04/2013 16:49

Kul aħjar, ħossok aħjar

Li tiekol ikel tajjeb għas-saħħa ma jfissirx li tagħmel dieta; hu sett ta' drawwiet tajbin li jikkontribwixxu għal stil ta' ħajja tajjeb għas-saħħa. Lest għal xi pariri?

A picture

© shutterstock.com - monticello

Il-Kunsill Ewropew għall-Informazzjoni dwar l-Ikel jagħti 10 pariri għal ikel tajjeb għas-saħħa:

  1. Kul varjetà ta' ikel differenti
  2. Ibbaża d-dieta tiegħek fuq ħafna ikel rikk fil-karboidrati
  3. Ħu ħafna frott u ħaxix
  4. Żomm piż tajjeb biex tħossok tajjeb
  5. Kul ikliet moderati – naqqas mill-ikel, mhux teliminah
  6. Kull ta' spiss
  7. Ixrob ħafna fluwidi
  8. Ibda ċċaqlaq
  9. Ibda issa! - u agħmel it-tibdiliet bil-mod
  10. Ftakar, il-bilanċ kollox

Youth and Environment Europe (YEE) – il-pjattaforma tal-organizzazzjonijiet Ewropej taż-żgħażagħ li jistudjaw in-natura jew li huma attivi fil-ħarsien tal-ambjent – tagħti eżempji ta' kif tista' tiekol aħjar għal saħħtek u fl-istess ħin tinfluwenza b'mod pożittiv l-ambjent naturali ta' madwarek.

 

Ilgħab u tgħallem

X'għandi niekol? X'inhu l-eżerċizzju? X'għandi nkun naf biex nibqa' f'saħħti? Tista' ssib it-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet fuq Playnormous. Ma jimpurtax intix tifel jew tifla, ġenitur, għalliem jew riċerkatur tas-saħħa. Id-divertiment qatt ma kellu togħma daqshekk tajba!

Taf li l-ħalib hu tajjeb għalik, iżda kemm taf tassew dwaru? Skopri billi tagħmel il-kwiżż Is-Saħħa tal-Ħalib mill-Programm Ewropew "Il-Ħalib għall-Iskejjel"! Mhix biss dwar il-ħalib, iżda wkoll dwar il-jogurt, il-ġobon, ix-xorrox tal-butir u prodotti oħra tal-ħalib li huma importanti għal nutrizzjoni tajba u dieta bilanċjata.

 

Sfond

Studju mmexxi minn HELENA (Healthy Lifestyle in Europe by Nutrition in Adolescents) ikkonkluda li ż-żgħażagħ jifhmu l-importanza tal-ikel tajjeb għas-saħħa u jafu li mhux dejjem jieklu kif suppost, iżda jsibuha bi tqila biex jagħmlu dan fil-prattika.