You are here

flag

Pubblikat: 23/04/2013 12:15

Kif jaħdmu s-sistemi tal-edukazzjoni Ewropej

Trid tkun taf kif jaħdmu l-iskejjel u l-universitajiet f'pajjiżi oħra?

A picture

© fotolia.com - Robert Kneschke

L-edukazzjoni skolastika

Il-biċċa l-kbira tal-istudenti Ewropej iqattgħu tal-inqas 9 jew 10 snin l-iskola. Bħalma t-tul tal-edukazzjoni obbligatorja jvarja bejn pajjiż u ieħor, hekk ukoll l-età ta' meta t-tfal jibdew l-iskola - għalkemm normalment dan ikun bejn 5 u 6 snin.

Is-sistemi Ewropej jimmiraw għal bażi wiesgħa u ġenerali, biex b'hekk jagħtu lill-istudenti għarfien u ħiliet bażiċi li jkunu jistgħu jużaw meta jikbru.  Għalkemm kull pajjiż tal-UE huwa responsabbli għas-sistema tiegħu, u għal dak li jiġi mgħallem, l-isforzi nazzjonali biex tittejjeb il-kwalità huma appoġġjati mill-Kummissjoni Ewropea.

 

Edukazzjoni għola

L-Ewropa għandha madwar 4,000 istituzzjoni tal-edukazzjoni għola, b'il fuq minn 19-il miljun student u 1.5 miljuni ta' staff. Sena wara sena, l-universitajiet Ewropej jitqiesu fost l-aqwa 100 tad-dinja. Iżda l-miżati huma ġeneralment raġjonevoli ħafna.

Bis-saħħa ta' trasferibbiltà bla ntoppi tax-xogħol tal-kors, il-kwalifiki u l-opportnitajiet ta' riċerka bejn universitajiet Ewropej, issa huwa eħfef minn qatt qabel li wieħed iqatta' xi żmien jistudja barra, jew li jmur juża l-lawrja biex jaħdem f'pajjiż ieħor.

 

L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali

Biex ikollok il-ħiliet li teħtieġ biex tikkompeti fis-swieq globali tal-impjieg tal-lum. L-edukazzjoni ta' din ix-xorta li tkun forma ta' apprendistat normalment tkun relatata ma' karriera speċifika, u tgħaqqad l-esperjenza ta' xogħol fil-prattika mal-istudju tat-teorija. Tista' ssir fil-livell sekondarju, post-sekondarju jew l-edukazzjoni avvanzata, imma mhijex ekwivalenti għall-edukazzjoni għola.

 

Skont l-aktar informazzjoni reċenti mill-Eurostat, hemm aktar minn 93 miljun student irreġistrati fil-livelli kollha tal-edukazzjoni, mill-primarja sal-istudji Postuniversitarji.