Innutajna li qed tuża verżjoni antika tal-Microsoft Internet Explorer. Dan is-sit web huwa ottimizzat għal Internet Explorer verżjoni 9 jew aktar reċenti, għaldaqstant nitolbuk tikkunsidra li taġġorna l-brawżer tiegħek sabiex tkun tista' tgawdi l-aspetti kollha ta' dan is-sit. Żur is-sit ta' Microsoft http://www.microsoft.com biex tniżżel verżjoni aktar reċenti ta' Internet Explorer.


Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.


flag

Dinja favur l-Ambjent

A picture
© fotolia.com - Leonid Ikan

Kemm hi kbira l-marka tal-ilma tiegħek?

Il-marka tal-ilma tiegħek hi l-volum totali ta' ilma li jintuża għall-prodotti u s-servizzi li tikkonsma.

Il-produzzjoni tal-oġġetti li nużaw fil-ħajja ta' kuljum taħli ħafna ilma. Pereżempju, għall-produzzjoni ta' kilo laħam hemm bżonn ta' madwar 16,000 litru ilma. Għal qmis sempliċi tal-qoton jinħlew 2,500 litru ilma. Dawn iċ-ċifri ma jidhrux fil-kont tal-ilma tiegħek u għalkemm ma tixrobx, tħossx u tarax dan l-ammont ta' ilma, dan jipproduċi l-parti l-kbira tal-marka tal-ilma tiegħek.

 

 

Ikkalkula l-marka tal-ilma tiegħek

Sib kemm qed tuża ilma permezz tan-Network tal-Marka tal-Ilma.

Għalfejn għandek tati kas ta' dan?

L-ilma hu skars. Xi postijiet qatt ma jkollom biżżejjed ilma biex ilaħħqu mad-domanda u għandhom nixfa permanenti. Jeħtieġ li nnaqqsu l-marka tal-ilma tagħna biex inbiddlu din is-sitwazzjoni.

Minn fejn tibda?

Iffranka l-ilma d-dar…għalaq il-vit meta taħsel snienek, aħli inqas meta ssaqi l-pjanti u titfax mediċini, żebgħa jew prodotti oħra li jniġġsu fis-sink. Sib aktar pariri u fatti fuq Imagine all the Water.

 

Il-Jum Dinji tal-Ilma

Il-Jum Dinji tal-Ilma jsir fit-22 ta' Marzu kull sena, u jenfasizza l-importanza tal-ilma u l-promozzjoni tal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi. Isiru avvenimenti fid-dinja kollha, is-sena kollha.