Innutajna li qed tuża verżjoni antika tal-Microsoft Internet Explorer. Dan is-sit web huwa ottimizzat għal Internet Explorer verżjoni 9 jew aktar reċenti, għaldaqstant nitolbuk tikkunsidra li taġġorna l-brawżer tiegħek sabiex tkun tista' tgawdi l-aspetti kollha ta' dan is-sit. Żur is-sit ta' Microsoft http://www.microsoft.com biex tniżżel verżjoni aktar reċenti ta' Internet Explorer.

Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.


flag

Opportunitajiet ta' volontarjat

A picture
© shutterstock.com - mangostock

Kampijiet ta’ ħidma – iffoka l-isforzi tiegħek!

Qatt smajt dwar il-kampijiet ta' ħidma? Tinkwetax, ma hemm l-ebda xogħol sfurzat involut! Jekk għandek 'il fuq minn 18-il sena jista’ jkun opportunità kbira għalik biex tgħin komunità fil-bżonn filwaqt li tassorbi d-drawwiet u l-kultura tagħhom.

Kamp ta’ ħidma huwa grupp ta’ bejn 8 u 20 volontier minn xi ħames pajjiżi differenti li jaħdmu flimkien biex jgħinu komunità lokali bi proġett għal 2-4 ġimgħat. Il-kampijiet huma ospitati minn komunitajiet lokali, organizzazzjonijiet tal-paċi, gruppi ambjentali, gruppi ta' solidarjetà, gruppi ta' azzjoni komunitarja, assoċjazzjonijiet bla qligħ, u oħrajn li huma interessati fl-impatt li jista' jkollu grupp internazzjonali fuq il-Komunità tagħhom. Dawn huma mod tajjeb ħafna biex tagħmel ħbieb ġodda, tipparteċipa fi proġett sinifikanti u żżid l-għarfien internazzjonali tiegħek. Tinsix, però, li l-kampijiet ta’ ħidma mhumiex kampijiet tal-vaganzi, għalhekk kun ċert li se tmur  għar-raġunijiet it-tajbin!

 

L-esperjenza tiegħi kienet waħda pożittiva ħafna. Kelli bosta opportunitajiet biex niskopri kemm huma dħulin in-nies ta' dan il-pajjiż ospitanti mal-istranġieri u ma' dawk ta' kultura differenti. Mumenti speċjali  mill-esperjenza jinkludu li ġejt mistiedna għand xi volontiera nazzjonali, u saħansitra attendejt tieġ fir-raħal! Possibbilment konna xxurtjati li kellna volontiera lokali attivi u ħerqana ħafna mill-organizzazzjoni li tospita … Tgħallimna ħafna dwar il-kultura u skoprejna  li l-Ażeri interessati fil-pajjiżi tagħna u fina."

Carol Crabtree kienet volontiera fl-Ażerbajġan fl-2002

 

X'se tagħmel?

Fil-kampijiet ta’ ħidma, il-volontiera huma mistennija jaħdmu madwar 30 siegħa fil-ġimgħa fuq attivitajiet li jservu l-komunità lokali jew ta’ benefiċċju għall-ambjent. Dan normalment jinvolvi xogħol koperattivi f'żoni rurali jew urbani, bl-ebda ħtieġa ta' ħiliet partikolari. L-abitanti lokali spiss jieħdu sehem fil-proġetti. Tista' tqatta' l-ħin liberu tiegħek tirrilassa, tipprepara l-ikliet u titkellem, u fuq eskursjonijiet u attivitajiet ma' volontarji oħra u l-komunità lokali.

Trid tkun lest li tgħix u taħdem f'ambjent komunitarju, fejn il-kondizzjonijiet tal-għajxien ikunu sempliċi u x-xogħol jista' jkun ta' strapazz iżda sodisfaċenti. L-ikel u l-akkomodazzjoni ġeneralment ikunu pprovduti, jiġifieri jkollok bżonn tħallas biss il-vjaġġ, il-miżata tal-applikazzjoni lill-organizzazzjoni li tibagħtek, u biex ikollok ftit flus fil-but.