Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

night train
© Flickr - kevin dooley

It-titjir mhux l-unika għażla

Billi l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi Ewropej jinsabu viċin ta' xulxin, kultant tista' tilħaq id-destinazzjoni tiegħek b'modi differenti: il-ferrovija, il-karozza tal-linja, il-vapur huma biss xi wħud mill-għażliet li bihom wieħed jista' jivvjaġġa u jesplora l-Ewropa.

Il-ferrovija

Barra milli jippermettulek li tgawdi x-xeni tal-pajsaġġ, il-ferroviji huma għażla tajba għall-ivvjaġġar mal-Ewropa kollha, b'mod speċjali għad-destinazzjonijiet b'distanza qasira. Jekk se tmur lejn post aktar imbiegħed tista' taqbad ukoll ferrovija billejl, u tgħaqqad l-irqad u l-ivvjaġġar f'daqqa.

InterRail: il-pass li bih tista' tivvjaġġa fl-Ewropa bil-ferrovija: jekk qed tippjana li żżur diversi pajjiżi differenti, iffranka l-flus billi takkwista l-pass tal-InterRail.  Kemm tiċċekkja l-konnessjonijiet li l-aktar huma adatti għar-rotta tiegħek mal-Ewropa u itla' u inżel minn bosta mill-ferroviji tal-Ewropa sempliċement billi turi l-pass InterRail tiegħek.

RailEurope: oħloq l-itinerarju tal-ferrovija tiegħek billi tfittex fost 50 kumpanija differenti tal-ferroviji mal-Ewropa kollha.

Railfaneurope: il-portal tal-websajts tal-linji tal-ferroviji nazzjonali Ewropej.

 

Il-karozza tal-linja

L-ivvjaġġar bil-karozza tal-linja jaqsam xi wħud mill-vantaġġi tal-ferrovija, bħall-opportunità li tgawdi l-veduta u li tivvjaġġa matul il-lejl. Anke jekk tista' tkun anqas veloċi f'ċerti punti, din tista' tkun l-unika għażla tiegħek biex tasal f'lokalità mbiegħda.

Eurolines: organizzazzjoni ta' kowċis għal distanzi twal, Eurolines tikkonnettja l-ibliet ewlenin kollha Ewropej. Skopri destinazzjonijiet u orarji differenti. 

Busabout: dan is-servizz tal-karozzi tal-linja jidentifika ruħu bħala għażla alternattiva b'forma bi stil ħieles ta' vvjaġġar u netwerk hop-on hop-off flessibbli ta' kowċis.

Megabus: għażla bi prezzijiet baxxi għall-ivvjaġġar bejn l-ibliet mal-Ewropa kollha.

 

Il-karozza

Sew jekk għandek karozza sew jekk le, tista' xorta waħda tagħżel il-karozza bħala l-metodu ta' trasport tiegħek mal-Ewropa. L-ixxerjar ta' karozza hu flessibbli u ma għandekx għalfejn tkun taf kif issuq. Bħala xufier jew passiġġier, taqsam l-ispejjeż u fi triqtek tiltaqa' ma' nies ġodda.

Carpooling.com: mod irħis u ekoloġiku biex tivvjaġġa fl-Ewropa, dan ilaqqa' flimkien nies minn 40 pajjiż.

RoadSharing: ixxerjar tal-karozza u hitchhiking.

Blablacar: jikkonnettja lis-sewwieqa li għandhom postijiet vojta ma' nies li jkunu qed ifittxu rikba mal-Ewropa.

 

Il-vapur

Forsi qatt ma għaddielek minn moħħok, iżda vapur matul il-lejl jista' kultant ikun l-aħjar għażla għalik, b'mod speċjali jekk int tinsab fil-Mediterran jew fl-Iskandinavja.

Ferrylines.com: fittex fost aktar minn 1,800 rotta tal-vapuri fl-Ewropa.

Aferry.com: aktar minn 1,200 rotta tal-vapuri fir-Renju Unit, Franza, Spanja, l-Irlanda, l-Olanda, il-Mediterran u l-bqija tal-Ewropa.

 

Ikun xi jkun il-mezz ta' trasport li tagħżel għall-vjaġġ tiegħek, qis li tkun infurmat dwar drittijietek bħala passiġġier. Tista' tiddawnlowdja wkoll app għall-ismartphone tiegħek.