Innutajna li qed tuża verżjoni antika tal-Microsoft Internet Explorer. Dan is-sit web huwa ottimizzat għal Internet Explorer verżjoni 9 jew aktar reċenti, għaldaqstant nitolbuk tikkunsidra li taġġorna l-brawżer tiegħek sabiex tkun tista' tgawdi l-aspetti kollha ta' dan is-sit. Żur is-sit ta' Microsoft http://www.microsoft.com biex tniżżel verżjoni aktar reċenti ta' Internet Explorer.

Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.


flag

Dinja favur l-Ambjent

Video: 

Global Warming Infographic


It-tibdil fil-klima

X'qed jikkawża t-tibdil fil-klima, u x'tista' tagħmel biex tipproteġi l-pjaneta tagħna?

Iċ-ċivilizzazzjoni umana qed tikkawża t-tibdil fix-xejriet tat-temp - il-klima - tul dawn l-aħħar 100 sena. Meta naħarqu l-faħam, iż-żejt u l-gass naturali biex insaħħnu djarna, inħaddmu l-karozzi tagħna jew niġġeneraw l-elettriku, inkunu qed nirrilaxxaw id-dijossidu tal-karbonju (CO2) fl-arja. Dan il-gass imbagħad jaqbad is-sħana tax-xemx fl-atmosfera tad-Dinja u ma jħallihiex terġa' toħroġ. Hu għalhekk li jissejjaħ gass b'effett ta' serra.

Gass ieħor li jsaħħan l-atmosfera hu l-metanu, minħabba l-miljuni ta' bhejjem fl-irziezet fid-dinja.

 

Effett domino

Il-gassijiet b'effett ta' serra jeżistu b'mod naturali fl-atmosfera, iżda jekk nipproduċu aktar u aktar minn dawn il-gassijiet, id-dinja tibda tisħon. Dan qed jikkawża temp aktar estrem bħal għargħar u rjiħat vjolenti, b'effetti devastanti. Is-silġ polari qed idub, u dan ifisser li l-livelli tal-baħar qed jogħlew. It-tisħin globali joħloq effett domino, jaffettwa lill-bniedem, lill-pjanti u lill-annimali.

 

L-istil tal-ħajja tiegħek u t-tibdil fil-klima

X'affarijiet qed tagħmel li jkomplu jżidu mal-ammont ta' djossidu tal-karbonju fl-atmosfera? Skopri dan billi tikkalkula l-marka tal-karbonju tiegħek.

 

 

Int x'tista' tagħmel?

Ħawwel siġra – Is-siġar jassorbu d-dijossidu tal-karbonju u għalhekk jgħinu biex inaqqsu t-tibdil fil-klima. Bis-saħħa tal-kampanja billion tree ġew imħawla biljun siġra fis-sena mill-2006 'l hawn. Il-kampanja issa titmexxa mill-inizjattiva tat-tfal Plant-for-the-Planet, li nħolqot minn tifel tal-iskola Felix Finkbeiner. Ara d-diskors ta' Felix fin-NU.

Itfi d-dawl – Fit-8.30pm fit-23 ta' Marzu tista' tesprimi t-tħassib tiegħek dwar il-pjaneta sempliċiment billi titfi d-dawl. Mijiet ta' miljuni se jkunu qed jagħmlu l-istess fid-dinja kollha matul l-Earth Hour. U ffranka l-enerġija meta trid, tkun fejn tkun u kif tista'.

 

Nedukaw il-ġenerazzjoni li jmiss – Għallem lil ħutek iżgħar minnek dwar it-tibdil fil-klima u ħeġġiġhom biex jagħmlu differenza permezz ta' dan il-logħob interattiv.

  • Climate Cops: Ingħaqad mal-Akkademju tal-Climate Cops u ibda t-taħriġ tiegħek
  • Pook in the world: avvenutra animata ta' tagħlim għat-tfal minn 6 snin 'il fuq
  • BBC Climate Challenge: Earth's future is in your hands: Bħala l-President tan-Nazzjonijiet Ewropej irid jirnexxilek tindirizza t-tibdil fil-klima filwaqt li żżomm il-kariga tiegħek u tibqa' tikseb is-sostenn taċ-ċittadini. Mhux faċli daqs kemm taħseb.
  • Eco Kids: għat-tfal u l-għalliema, dan hu s-sit dwar l-edukazzjoni ambjentali li rebaħ diversi premjijiet ta' Earth Day Canada