Innutajna li qed tuża verżjoni antika tal-Microsoft Internet Explorer. Dan is-sit web huwa ottimizzat għal Internet Explorer verżjoni 9 jew aktar reċenti, għaldaqstant nitolbuk tikkunsidra li taġġorna l-brawżer tiegħek sabiex tkun tista' tgawdi l-aspetti kollha ta' dan is-sit. Żur is-sit ta' Microsoft http://www.microsoft.com biex tniżżel verżjoni aktar reċenti ta' Internet Explorer.

Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.


flag

Multikulturaliżmu

A picture
© shutterstock.com - Samuel Borges Photography

Ir-riżorsi tad-diversità kulturali mas-SALTO

Mal-isfondi, it-tradizzjonijiet u l-lingwi differenti kollha fl-Ewropa, hemm ukoll diversità ta’ kulturi. SALTO joffrilek riżorsi, informazzjoni u korsijiet ta’ taħriġ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw id-diversità kulturali.

Id-Diversità Kulturali SALTO tagħtik l-għodda, il-metodi, il-materjali u l-links relatati mat-taħriġ, it-tagħlim, u r-riżorsi f’diversi temi tad-diversità kulturali. Bħalma huma:

  • Ir-Roma, li għadhom wieħed mill-aktar gruppi ta’ minorità żvantaġġjati fl-Ewropa u li qed jiffaċċjaw l-ogħla rati ta’ qgħad, l-aktar livelli baxxi ta’ edukazzjoni, il-faqar fuq firxa wiesgħa, u l-esklużjoni soċjali.
  • L-edukazzjoni għall-paċi u l-immaniġġar tal-konflitti, li hi kwistjoni importanti minħabba l-qagħda politika u soċjali mal-Ewropa kollha.
  • Il-kompetenza interkulturali, li hi kapaċità utli għall-ħajja u x-xogħol.
  • Id-djalogu interkulturali u interreliġjuż, li għandu l-għan li jkun hemm skambju ta’ opinjonijiet miftuħ u rispettabbli bejn individwi u gruppi ġejjin minn ambjenti u tradizzjonijiet etniċi, kulturali, reliġjużi u lingwistiċi differenti.
  • L-inklużjoni tal-minoritajiet kulturali, li hi ta' benefiċċju kbir jekk il-ġruppi ta' maġġoranża u ta' minoranza jkunu jistgħu jaqsmu u jiskopru l-kulturi ta' xulxin b'mod ugwali.

Tista’ wkoll issib appoġġ biex tiżviluppa l-proġetti u t-taħriġ tiegħek fil-qasam tad-diversità kulturali. Iċċekkja x’hemm ippjanant bħala Attivitajiet għad-Diversità Kulturali u ibda aħdem!

 

X'inhi?

SALTO bl-Ingliż tfisser Appoġġ, Tagħlim Avvanzat u Opportunitajiet għat-Taħriġ. Dan hu netwerk ta’ tmien Ċentri ta’ Riżorsi li jaħdmu f’oqsma prijoritarji Ewropej fil-qasam taż-żgħażagħ, li jappoġġa l-programm tal-Kummissjoni Ewropea Żgħażagħ fl-Azzjoni.

Id-Diversità Kulturali tas-SALTO hi waħda minn dawn iċ-ċentri.