Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

A picture
© shutterstock.com - maxstockphoto

Il-Programm ta' Fellowship Globali YouthActionNet

Int intraprenditur soċjali żagħżugħ li taħdem favur il-bidla soċjali jew għad-drittijiet tat-tfal fil-komunità tiegħek? YouthActionNet jista' jappoġġa l-proġett tiegħek permezz ta' dan il-programm ta' fellowship!

Il-Programm ta' Fellowship Globali YouthActionNet jimmira l-intraprendituri soċjali żgħażagħ fi kwalunkwe parti tad-dinja li żviluppaw metodi innovattivi biex jindirizzaw kwistjonijiet ta' rilevanza internazzjonali.

Kull sena, 20 intraprenditur soċjali żagħżugħ jintgħażlu għall-programm ta' fellowship li jinkludi:

· il-bini tal-kapaċitajiet – opportunitajiet ta' tagħlim tul is-sena kollha li joffru tagħlim dinamiku bejn il-pari, kollaborazzjoni, u skambji bejn il-viżjonarji żgħażagħ. Dan it-tagħlim huwa ffukat fuq sitt dimensjonijiet ta' tmexxija: id-dimensjoni personali, viżjonajra, politika, kollaborattiva, organizzattiva, u soċjetali

· netwerking u riżorsi – aċċess għal riżorsi potenzjali biex jappoġġaw il-fellows u l-proġetti tagħhom, inklużi l-voluntiera, l-għalliema, u opportunitajiet ta' finanzjament; opportunitajiet biex jinħolqu netwerks u kollaborazzjoni ma’ proġetti u msieħba tal-IYF, Sħubija tan-netwerk globali YouthActionNet għall-fellows u l-alumni

· promozzjoni – taħriġ f'oqsma bħall-ippjanar tal-komunikazzjoni, il-mezzi tal-midja, l-iżvilupp tal-messaġġi, il-preżentazzjoni tal-ħiliet, u użi innovattivi ta' teknoloġiji ġodda tal-midja; aċċess għal pjattaformi ta' promozzjoni globali u kopertura tal-midja.

 

Kif tapplika

Biex tapplika, trid tkun:

  • bejn 18 u 29 sena:
  • fundatur ta' proġetti/organizzazzjonijiet eżistenti, jew mexxej ta' proġett fi ħdan organizzazzjoni, bi prova li wassalt bidla fis-soċjetà matul sena sħiħa
  • profiċjenti fl-Ingliż (l-applikazzjonijiet iridu jiġu ppreżentati bl-Ingliż)
  • disponibbli biex tattendi laqgħa, f’data li għad trid tiġi ddeterminata

Jekk għandek dan kollu, kulma għandek tagħmel hu li tirreġistra u tapplika onlajn  hekk kif jerġgħu jiftħu l-applikazzjonijiet fi Frar 2013.

 

"Din kienet l-ewwel laqgħa tiegħi fejn iltqajt ma' intraprendituri soċjali żgħażagħ oħrajn mid-dinja kollha fejn tgħallimna minn xulxin kif immexxu aħjar l-organizzazzjoni tagħna. Kienet tassew esperjenza unika, u fuq kollox, irrealizzajt li ma kontx waħdi f'dan ix-xogħol."
Testimonjanza minn wieħed mill-Global Fellows

 

Imniedi fl-2001 mill-Fondazzjoni Internazzjonali taż-Żgħażagħ, il-programm isaħħaħ, isostni, u jiċċelebra r-rwol taż-żgħażagħ fit-twassil ta' bidla pożittiva fil-komunitajiet tagħhom.