Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

A picture
© shutterstock.com - Tom_Wang

Il-lawrja tiegħek valida barra minn pajjiżek?

Hemm 2 raġunijiet prinċipali għala jista' jkollok bżonn rikonoxximent tal-istudji tiegħek f'pajjiż ieħor: meta tkun sejjer fuq Erasmus jew xi skambju ieħor, jew meta tkun trid tmur f'pajjiż ieħor biex tgħix jew taħdem hemm.

Is-sistema Ewropea għall-akkumulazzjoni u t-trasferiment ta' krediti  (ECTS)

Jekk sejjer xi mkien fl-Ewropa stess l-ECTS jgħin biex l-istudji tiegħek jiġu rikonoxxuti.

Tista' tikklejmja krediti tal-ECTS għal kull kors li għaddejt fih:

  • Kredit wieħed = 25-30 siegħa ta' xogħol
  • sena akademika = 60 kreditu tal-ECTS

Però, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni huma liberi li jiddeċiedu kemm il-kreditu tal-ECTS jiswew il-korsijiet tagħhom.

Aktar tagħrif dwar kif taħdem l-ECTS

 

Valutazzjoni u rikonoxximent tal-krediti

Jekk ma jkollokx krediti tal-ECTS għall-korsijiet li għamilt fil-passat, jista' jkollok tapplika għal valutazzjoni u rikonoxximent tal-krediti. Dan jgħin kemm lilek u kemm l-università li trid tmur fiha biex tifhmu kif l-istudji mgħoddija tiegħek jirrelataw mal-korsijiet.

Skont il-pajjiż, ir-responsabbiltà għall-valutazzjoni tal-istudji mgħoddija tiegħek tkun mal-istituzzjoni edukattiva, il-ministeru tal-edukazzjoni relevanti jew iċ-ċentru nazzjonali ta’ tagħrif dwar ir-rikonoxximent akkademiku.

Għal informazzjoni aktar speċifika, ikkuntattja ċ-ċentru nazzjonali tal-informazzjoni jew f'pajjiżek jew fil-pajjiż fejn tixtieq tmur.

Fil-pajjiżi fejn ma hemmx ċentri, ikkuntattja l-ministeru tal-edukazzjoni.