You are here

flag

Pubblikat: 12/04/2013 12:12

Il-kultura faċilment aċċessibbli għalik

Hemm xi xogħlijiet ta' arti famużi li tixtieq li tara iżda li ma għandekx l-opportunità li tarahom? Illum il-ġurnata l-anqas għandek għalfejn tmur Pariġi biex tara l-Mona Lisa jew Firenze biex iżżur lid-David. Qatt ma kien daqshekk ħafif li jkollok aċċess għall-kultura!

A picture

© Europeana

Europeana: esplora l-kollezzjonijiet kulturali tal-Ewropa

F’Europeana għandek aċċess mhux biss għall-pitturi u l-bċejjeċ tal-mużewijiet iżda wkoll għal miljuni ta’ kotba, films u rekords tal-arkivji li ġew diġitalizzati mal-Ewropa kollha.

Dan il-portal onlajn tnieda fl-2008 u jaħdem bħala librerija diġitali multilingwi, mużew u arkivju. Europeana jagħtik aċċess veloċi u faċli għal aktar minn 23 miljun oġġett minn libreriji, mużewijiet, arkivji, galleriji tal-arti, u kollezzjonijiet awdjoviżivi li joriġinaw minn 33 pajjiż.

 

Lejl Ewropew tal-Mużewijiet

F'każ li tippreferi mużewijiet ta' veru, iżda ma jogħġbokx il-prezz tad-dħul, tista' tieħu vantaġġ mil-Lejl Ewropew tal-Mużewijiet fejn iż-żjarat huma bla ħlas. Kull sena f’Mejju, aktar minn 4,000 mużew f'40 pajjiż jiftħu l-bibien il-lejl kollu bla ħlas jew b’biljetti speċjali.

 

Ma tistax tissaporti tistenna l-Lejl Ewropew tal-Mużewijiet u tixtieq tmur f’mużew illum stess? Għandu mnejn int eliġibbli għal wieħed mill-bosta tnaqqis tal-prezzijiet disponibbli għaż-żgħażagħ fl-Ewropa kollha. Jekk int student, tista’ ta’ spiss tixtri l-biljetti bi prezz orħos billi turi l-kard tal-istudenti jew kard b'għarfien internazzjonali bħall-Kard tal-Identità Internazzjonali tal-Istudenti (ISIC). Anki jekk int ma għadekx student, tista’ xorta waħda tuża l-Kard Ewropea taż-Żgħażagħ (EYCA) għal uħud mill-iskonti.

 

Il-punt kruċjali hu li m’hemm kważi ebda ostaklu li jżommok milli jkollok aċċess għall-kultura kull fejn tinsab u kull meta tixtieqha.