You are here

flag

Pubblikat: 24/04/2013 11:25

Il-boroż ta’ studju tal-UNESCO-Aschberg : skambji għall-artisti!

Dejjem xtaqt li tmur fuq programm ta’ skambju iżda Erasmus qatt ma kien dak li ridt? Bil-Programm tal-Boroż ta’ Studju UNESCO-Aschberg, tista’ tipparteċipa f’residenza għal żgħażagħ artisti madwar id-dinja kollha.

A picture

© fotolia.com - lassedesignen

Bħala artist żagħżugħ, il-Programm ta' Boroż ta' Studju tal-UNESCO-Aschberg  jgħammrek bl-esperjenza u jgħinek tkompli t-taħriġ tiegħek f’pajjiż ieħor, billi jagħmilha possibbli għalik li tiżviluppa bħala persuna u li tieħu sehem fi djalogu u attivitajiet interkulturali.

 

Min jista' japplika?

Jekk int artist żagħażugħ bl-età bejn il-25 u l-35 sena li qed taħdem fl-oqsma tal-mużika, l-arti viżiva jew il-kitba kreattiva, tista' tapplika għal residenza minn xahar sa 3 xhur. Dawn it-tliet oqsma jkopru l-ispeċjalizzazzjonijiet artistiċi li jmexxu ’l quddiem l-industriji kreattivi, b’mod partikulari l-industriji tar-rekording, l-organizzazzjoni ta' kunċerti, is-settur awdjoviżiv, id-disinn grafiku u l-pubblikazzjoni.

 

Kif tapplika?

Jeħtieġlek tapplika direttament mal-istituzzjoni li tinteressak, skont id-dixxiplina u/jew il-pajjiż li qed tfittex, u kun ċert li tissodisfa r-rekwiżiti kollha. L-istituzzjonijiet jagħżlu minn qabel il-kandidati, għalhekk innota li l-programm jagħti prijorità lill-artisti u lill-istituzzjonijiet f'pajjiżi li qed jiżviluppaw, biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni Nord-Sud u Sud-Nord.

 

Attent għal-limiti taż-żmien!

Il-limiti taż-żmien tal-applikazzjonijiet għal kull borża ta’ studju tal-UNESCO-Aschberg ivarjaw minn istituzzjoni għal oħra, iżda l-maġġoranza jagħlqu bejn nofs Ottubru u nofs Novembru. Tista' ssib id-dati eżatti billi tiċċekkja r-residenza speċifika li tinteressak. Żomm f’moħħok li tista’ tippreżenta biss applikazzjoni waħda fis-sena u li tista’  tieħu sehem fi programm darba biss.