Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

A picture
© fotolia.com - hikrcn

Il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin

It-traffikar tal-bnedmin huwa l-iskjavitù ta' żminijietna. Hu reat serju ħafna li jikser id-drittijiet bażiċi tal-bniedem. Kulħadd jista' jisfa vittma tat-traffikar għal bosta raġunijiet u dan qed jiġri kullimkien madwarna. Qed tistagħġeb? Kompli aqra!

Skont in-Nazzjonijiet Uniti it-traffikar tal-bnedmin hu t-tieni l-akbar sors ta' profitt tal-kriminalità organizzata wara n-negozju tad-drogi.

 

Aqra dwaru

Biex tieħu idea tal-iskala tal-problema, aqra l-istripp komiku tal-Kunsill tal-Ewropa You’re Not For Sale. L-istejjer ta' Talina, Fabia, Yvo, Anna u Sofia juru l-forom kollha ta' sfruttar. Il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin saret waħda mill-prijoritajiet tal-Kunsill tal-Ewropa.

Aktar infomrazzjoni dwar it-traffikar min-NU

 

Iftaħ għajnejk

Il-kampanja Open your eyes turik kif it-traffikar tal-bnedmin jinsab iktar qrib tiegħek milli taħseb, speċjalment it-traffikar tal-bnedmin għall-isfruttament tax-xogħol. 

 

 

    

 

 

Il-jum kontra t-traffikar

Il-jum tal-UE kontra t-traffikar isir kull sena fit-18 ta' Ottubru. Ma titħajjarx tinvolvi ruħek? Fl-2012, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat Direttiva ġdida biex tiżgura protezzjoni aħjar u tipprovdi iktar għajnuna lill-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin bl-għan li tipprevjeni reati bħal dawn.