Innutajna li qed tuża verżjoni antika tal-Microsoft Internet Explorer. Dan is-sit web huwa ottimizzat għal Internet Explorer verżjoni 9 jew aktar reċenti, għaldaqstant nitolbuk tikkunsidra li taġġorna l-brawżer tiegħek sabiex tkun tista' tgawdi l-aspetti kollha ta' dan is-sit. Żur is-sit ta' Microsoft http://www.microsoft.com biex tniżżel verżjoni aktar reċenti ta' Internet Explorer.

Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.


flag

Drittijietek

A picture
© fotolia.com - Art Allianz

Id-drittijiet tal-konsumatur – taf liem'huma?

Il-liġi tal-UE tagħti ċerti drittijiet tal-konsumatur lill-Ewropej kollha. Biex tkun ċert li drittijietek huma mħarsa kif suppost, trid tkun taf liem'huma.

Id-drittijiet tal-konsumaturi tal-UE jkopru l-kuntratti, l-ikel, is-saħħa, id-drittijiet onlajn u oqsma oħra. Meta tixtri prodott difettuż minn pajjiż ieħor tal-UE jew meta t-titjira tiegħek tiddewwem jew tiġi kkanċellata, tista' ssib x'inhuma drittijietek minn dawn iż-żewġ websajts:

 

 

Għajnuna u pariri

Michel, li jgħix Franza, ordna kamera diġitali minn websajt Ġermaniż. Ħallas €300 bil-quddiem għall-kamera u mbagħad ġie infurmat li n-negozjant Ġermaniż bagħat il-kamera bil-posta. Madankollu, il-kamera qatt ma waslet. Bosta drabi Michel prova jikkuntattja lin-negozjant iżda ma kellu l-ebda tweġiba. Irrikorra għand iċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur (ECC) fi Franza għall-għajnuna . L-ECC Franċiż innegozja mal-entità Ġermaniża tal-konsumaturi onlajn, li kellha l-abbiltà li tirrikorri direttament għand in-negozjant. Peress li n-negozjant ma kellu l-ebda prova postali, kien obbligat li jipprovdi kamera ġdida lil Michel.

 

Jekk ikollok problemi bħal dawn, in-netwerk tal-UE taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumatur (ECC-Net) joffrilek għajnuna u pariri bla ħlas. Tista' tikseb għajnuna onlajn jew minn pajjiżek, peress li hemm Ċentru Ewropew tal-Konsumatur f'kull pajjiż tal-UE (u fin-Norveġja u l-Islanda).

 

Kun af aktar

Jekk int interessati li titgħallem aktar dwar drittijietek, Dolceta toffri moduli onlajn li jiffukaw fuq id-drittijiet tal-konsumatur, is-servizzi, is-sikurezza tal-prodotti, il-konsum sostenibbli u s-servizzi finanzjarji.

Id-Djarju Europa jagħtik informazzjoni dwar l-istituzzjonijiet u l-kwistjonijiet tal-UE, bħas-saħħa u l-protezzjoni tal-konsumatur, l-istudju barra minn pajjiżek, l-ambjent, eċċ.